L-MIA tipprevedi li ser tospita 5.2 miljun passiġġier fl-2017

  • Jan 11, 2017 11:36
  • Miktub minn iNews
    • L-ajruport jipprevedi li n-numru tal-passiġġieri ser jiżdied għal 5.2 miljuni fl-201
    • Tkabbir ta’ 10% fl-2016, bix-shoulder months jirreġistraw żieda notevoli ta’ 14% fuq is-sena li għaddiet
    • Tliet rotot ġodda – Bordeaux, Cluj-Napoca & Katowice – għas-sajf 2017 żvelati


    Waqt il-konferenza annwali tiegħu għall-aħbarijiet, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar il- previżjonijiet għall-2017 li jindikaw li l-ajruport ser jospita 5.2 miljun passiġġier sal-aħħar tas-sena.

    Is-sena 2016 spiċċat fuq nota pożittiva għall-kumapnija, bl-ajruport jilqa’ l-5 miljun passiġġier tiegħu f’Diċembru, biex b’hekk qabeż kull aspettattiva. Sal-aħħar tas-sena, fil-fatt, għaddew mill-ajruport 5,080,071 passiġġier.

    In-numru ta’ passiġġieri tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta żdied b’10% fuq is-sena ta’ qabel, b’mod parallel ma’ żieda ta’ 4.5% fil-movimenti tal-ajruplani u tkabbir ta’ 7.6% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet. Is-seat load factor (SLF) għall-2016 kien ta’ 83.3%, jiġifieri żieda ta’ 1.82 punti perċentwali u indikazzjoni li l-linji tal-ajru kienu aktar effiċjenti fil-mili tal-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet.

    Is-CEO tal-MIA, Alan Borg qal; “It-tkabbir fenomenali li esperjenzajna s-sena li għaddiet, u r-rekord ġdid li ksibna, huma suċċessi li rriżultaw mill-ħidma kostanti tal-partijiet interessati tal-ajruport u tat- tim ta’ impjegati tagħna. Għalhekk nistgħu ngħidu li dawn huma suċċessi kondiviżi. Hekk kif inħarsu ’l quddiem, m’għandniex ninsew li dawn in-numri rekord iġibu magħhom responsabbiltajiet miżjudin u filwaqt li l-prospetti għall-2017 huma pożittivi, irridu nżommu l-fowkus tagħna fuq tliet prijoritajiet: l-għoti ta’ servizz eċċellenti, is-sostenibbiltà u l-investiment.”

    Is-Sur Borg żied jgħid li x-xejra ta’ tkabbir fin-numru tal-passiġġieri hija l-frott ta’ sforz kollaborattiv mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Ministeru għat-Turiżmu fl-iżvilupp ta’ strateġija li tiżgura li Malta tkompli tkun destinazzjoni mfittxija mit-turisti s-sena kollha.

    Ħarsa lejn in-numri ta’ passiġġieri fuq bażi ta’ xahar b’xahar għall-2016, fil-fatt, turi li l-ajruport irnexxielu jospita aktar passiġġieri tul ix-shoulder mounths tiegħu mis-sena ta’ qabel, b’Novembru u Diċembru jirreġistraw l-aktar tkabbir qawwi ta’ 22.4% u 32.2%, rispettivament. Bi 18-il konnessjoni ġdida u frekwenza miżjuda ta’ ċerti titjiriet, l-iskeda preżenti tax-xitwa tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta toffri l-aktar konnessjonijiet għal-dan il-perjodu sal-lum u hija mistennija tikkontribwixxi għal aktar tkabbir fix-shoulder months.

    Jekk jogħġbok indirizza l-kummenti jew mistoqsijiet lid-Dipartiment tal-Marketing & Brand Development, fl-Ajruport

    L-aqwa swieq għall-2016 kienu r-Renju unit, li esperjenza tkabbir ta’ 5.4%, l-Italja, li kibret bi 15%, il-ġermanja li esperjenzat tkabbir ta’ 8.0%, Franza li rat żieda ta’ 5.5% u Spanja li kibret b’26.7%.

    Waqt il-konferenza, l-ajruport żvela wkoll tliet rotot ġodda għas-sajf 2017, jiġifieri Bordeaux operata minn Volotea u Cluj-Napoca u Katowice operati minn Wizzair. żviluppi interessanti oħrajn għas-sajf li ġej jinkludu l-bidu ta’ operat lejn Vjenna f’April minn linja tal-ajru ġdida, Eurowings, u l-ewwel servizz ta’ Cruise & Fly minn Malta għal Malta operat minn P&O.

    Is-Sur Borg qal ukoll li x-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ Rikonfigurazzjoni tat-Terminal issa qabdu ritmu tajjeb u dawn ser jibqgħu għaddejjin fis-sena li ġejja. Ladarba dawn ix-xogħlijiet jitlestew, it-terminal ser ikollu aktar check-in desks, żona ta’ skrining tas-sigurtà d-doppju ta’ dik eżistenti u Observation Deck u La Valette Lounge ġodda fit-tielet sular.

    Filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tiegħu għar-ritmu li qabdu dawn ix-xogħlijiet, is-Sur Borg qal li dan il-proġett huwa parti importanti ħafna mill-isforzi kostanti tal-ajruport biex jipprovdi lill-passiġġieri tiegħu bi vjaġġ imtejjeb f’konformità mal-viżjoni tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li joffru l-aqwa esperjenza fl-ajruport fl-Ewropa.

    Fl-aħħar nett, is-Sur Borg irringrazzja lit-tim tal-ajruport u ħeġġeġ lil kulħadd iħares ’il quddiem b’għan komuni: dak li l-2017 tkun sena anki aqwa minn ta’ qabilha f’kull aspett, minkejja l-isfidi addizzjoni li inevitabbilment jirriżultaw mix-xogħlijiet għaddejjin fit-terminal.

    Il-Ministru għat-Turiżmu, Dr Edward Zammit Lewis, qal: “Iċ-ċifri rekord fin-numru ta’ passiġġieri miksubin is-sena li għaddiet jiċċertifikaw u huma allinjati mas-suċċessi li qed niksbu bħalissa fis-settur tat-turiżmu. Il-konnettività bl-ajru tibqa’ kompononent kritiku għat-tkabbir fit-turiżmu, speċjalment tul l-istaġun tax-xitwa li joffri potenzjal kbir li aħna determinati nisfruttaw, mhux biss f’termini ta’ numri iżda anki f’konformità mal-objettiv ddikjarat tagħna li nkomplu nattiraw turiżmu ta’ kwalità. Aħna determinati li, f’kollaborazzjoni mal-partijiet interessati kollha, inkomplu ntejbu l-konnettività tul dis-sena u lil hinn minnha, sabiex nilħqu l-mira li nilqgħu żewġ miljun turist f’Malta sal-aħħar tas- sena.”

    Is-CEO tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, is-Sur Paul Bugeja kkummenta: “Il-fatt li l-2016 kienet sena li fiha reġgħu nkisru r-rekords jirriżulta minn ħafna fatturi, fosthom l-isforzi kontinwi ta’ ħafna, kemm fis-settur pubbliku u dak privat, li flimkien jagħmlu dan kollu possibbli. Il-kooperazzjoni bejn l-MTA u l-MIA fil-qasam tal-iżvilupp ta’ rotot ġodda u l-konnettività dejjem qed jitjiebu u jagħtu r-riżultati mixtieqa. Sadanittant, l-istrateġija tal-MTA li hija mmirata lejn id-diversifikazzjoni tas-suq u l- eliminazzjoni tal-istaġjonalità qed tikseb riżultati inkoraġġanti, li jqawwulna qalbna għall-2017.” 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook