Attività tal-ASM għas-Sibt

  • Lul 18, 2012 11:24
  • Miktub minn
"

    Nhar is-Sibt 21 ta’ Lulju l-Assoċjazzjoni Sport Muturi se torganizza serata ta’ attivitajiet sportivi bil-karozzi, il-muturi u oħrajn li huma membri fid-diversi sezzjonijiet tal-ASM.

    Din l-attività li se tkompli sa tard filgħaxija, daħlet sew fil-kalendarju annwali tal-Assoċjazzjoni għal dan iż-żmien tas-sena. L-attività tibda għall-ħabta tal-17.00 u tkompli sa madwar il-23.00.

    Għalkemm it-tiġrijiet mhux se jkunu tal-kampjonat żgur li se jkunu tiġrijiet miġġielda speċjalment mis-sewwieqa ġodda f’kull sezzjoni jew dawk li kienu weqfin għal diversi ġimgħat.

    Għal din l-attività partikolari qed isir kemm it-taħriġ għas-sewwieqa kollha u wkoll xogħol fuq kull korsa kemm tal-karozzi u tal-muturi.

    Ġiet ippreparata wkoll korsa ġdida għal Quadbikes li se jsuqu kemm fuq il-korsa ġdida mfassla kemm fuq dik tal-karozzi u tal-muturi.

    Matul din il-ġimgħa ngħata taħriġ fit-Trials għal min hu mħajjar jibda dan l-isport fejn ma hemmx veloċità iżda hemm teknika kif wieħed isuq fuq ostakli.

    Bħalissa din is-sezzjoni fiha ħafna sewwieqa ta’ età żagħżugħa iżda hemm lok għal riders ta’ kull età, inklużi dawk li qabżu l-40 sena.

    L-Għawdxin se jipparteċipaw ukoll fl-Autocross. Grupp imdaqqas minn dawn se jikkompetu flimkien f’Ta' Qali għal darb’oħra waqt dawn il-Fun Runs. Dawn isuqu bl-istess regoli tal-ASM Autocross f’Malta. Fl-Autocross se jkun hemm sewwieqa u karozzi ġodda bi tħejjija għall-Kampjonat li jibda f’Ottubru li ġej.

    l-Booking huwa miftuħ għall-membri, il-familji u l-ħbieb tagħhom. Dettali fuq is-sit elettroniku tal-ASM www.asm.com.mt u wkoll fuq il-paġna Facebook A.S.M. Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0