Kunċert ta’ Dark Horses

  • Lul 18, 2012 10:51
  • Miktub minn

    Il-grupp Ingliż Dark Horses se jdoqqu f’kunċert li se jittella' l-Furjana nhar is-Sibt, 28 ta’ Lulju.

    Il-grupp huwa mmexxi minn Lisa Elle, kantanta Svediża, imma l-band hija bbażata fi Brighton l-Ingilterra. Għalkemm il-grupp ilu għaddej biss sentejn diġà kellhom l-opportunità jdoqqu ma’ bands bħal A Place To Bury Strangers, Black Mountain, Black Rebel Motorcycle Club u Kasabian. Il-produttur tal-band m’hu ħadd ħlief Richard Fearless, il-kantant u moħħ tal-grupp Death in Vegas.

    Se jkun hemm ukoll Capitol K, li għalkemm minn Londra huwa mwieled Malta u trabba l-Brunei. Il-karriera ta’ Capitol K hija mifruxa fuq medda ta’ 13-il sena, li matulhom ħareġ erba' albums. Capitol K huwa magħruf bħala artist ewlieni fi ħdan il-mużika elettronika. Waqqaf ukoll Studio Plateaux, kif ukoll it-tikketta tiegħu Faith and Industry, li fuqha kien hareg id-debut ta’ Patrick Wolf.

    Se jkun hemm ukoll il-grupp Malti Dolls For Idols. Dan il-grupp aktar kmieni din is-sena għamel tour Ewropew ta’ 15-il data, li ntemm bil-parteċipazzjoni tagħhom fil-festival prestiġjuż Europavox, fi Franza. Hawnhekk taw spettaklu quddiem udjenza ta’ 4,000 ruħ. Qabel dan it-tour il-grupp ħareġ l-ewwel album tagħhom Cut, Paste and Rave ‘n’ Roll.

    L-ewwel biljetti għal dan il-kunċert jinsabu għall-bejgħ għall-prezz ta’ €10 mill-Kavallier ta’ San Ġakbu, u mis-sit elettroniku https://ticketengine.sjcav.org/.

    Għal aktar dettalji wieħed jista’ jikkuntatja lill-organizzaturi, Kinemastik NGO: kinemastik@gmail.com jew fuq 99242815. Iktar informazzjoni tinsab fuq is-siti http://www.kinemastik.org u http://www.stagedivemalta.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0