L-elezzjoni fil-Libja

  • Lul 18, 2012 10:16
  • Miktub minn

    Hekk kif ħarġu r-riżultati uffiċjali tal-ewwel elezzjonijiet fil-Libja mill-waqgħa ta' Gaddafi, jidher li se jkun hemm alleanza ta' partiti hekk imsejħa liberali.

    In-National Forces Alliance, immexxi mill-eks-interim Prim Ministru, Mahmoud Jibril rebħu 39 siġġu minn 80 siġġu rriservati għall-partiti politiċi.

    Il-Muslim Brotherhood Party kiseb 17-il siġġu. Il-200 membru tal-Assemblea Nazzjonali wkoll se jinkludi diversi kandidati indipendenti. Għalhekk għadu mhux ċar x'orjentazzjoni politika se jkollha l-Assemblea.

    Il-Prim Ministru interim Abdurrahim al-Keib qal li t-tħabbir tar-riżultati hija ta' ċelebrazzjoni. Kienu 62% tal-votanti li vvutaw f'din l-elezzjoni.

    Kien hemm aktar minn 100 partit li ħadu sehem f'dawn l-elezzjonijiet, ħafna minnhom ġew iffurmati biss fl-aħħar xhur. L-assemblea se jkollha poteri leġislattivi u se tkun imwaqqfa għal tal-inqas sena.

    L-aħħar elezzjoni parlamentari fil-Libja kienet saret ftit wara l-Indipendenza fl-1952.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0