Aġġornat (2), : Jidher li Ella marret tajjeb

  • Lul 17, 2012 18:47
  • Miktub minn
"

    14:07: Ftit tal-ħin wara li ntemmet il-kawża quddiem l-Imħallef Joseph Azzopardi, f’kumment lil inewsmalta.com, l-Avukat Aron Mifsud Bonnici qal li l-Imħallef kellem lit-tifla dalgħodu u jidher li marret tajjeb ħafna. Mifsud Bonnici qiegħed jassisti lil missier Ella, Richard John Bridge.

    "Illum ittellgħu x-xiehda u tkompliet il-kawża, iżda minħabba s-sensittività tal-każ, aħjar noqogħdu ftit kawti. Ftit tal-ġranet oħra, inkunu nafu d-destin ta’ din it-tifla. J’Alla kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid għal din il-familja," qal Mifsud Bonnici.

    09:25: Ella se titkellem mal-imħallef fil-privat hekk kif minħabba s-sensittività tal-każ is-smiegħ se jsir bil-magħluq.

    llum fil-Qorti Kostituzzjonali se jitkompla l-każ ta' Ella Bridge. Ella u l-familja tagħha kisbu l-appoġġ ta' ħafna Maltin li segwew din l-istorja u anke ngħaqdu fi grupp fuq Facebook biex jappoġġjaw ix-xewqa tat-tifla li tibqa' tgħix Malta ma' missierha.

    Il-każ huwa dwar jekk Ella li għandha għaxar snin, għadhiex tintbagħat l-Ingilterra biex ikunu l-Qrati Ingliżi li jiddeċiedu jekk għandiex tibqa' tgħix Malta ma' missierha jew ir-Renju Unit ma' ommha.

    Il-ġimgħa li għaddiet Ella ġiet intervistata minn inewsmalta.com fejn qalet: “Irrid nibqa' ngħix Malta mal-familja tiegħi.” Hija qalet ukoll li tibża' li tintbagħat l-Ingilterra biex tgħix ma' xi ħadd li ma tafux.

    L-imħallef li quddiemu qiegħed jinstema' dan il-każ, Joseph Azzopardi, mistenni jisma' lil Ella llum qabel is-sentenza finali li mistennija tingħata nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Lulju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1