"Għandu jkun aċċettat” - EFA dwar Schiavone

  • Jan 05, 2013 18:27
  • Miktub minn Roberta Fenech
"

    L-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami deher sorpriż meta kkuntatjat minn inewsmalta.com biex jikkummenta dwar il-fatt li Herman Schiavone ma kienx aċċettat bħala kandidat tal-Partit Nazzjonalista. "Din in-news qiegħed nismagħha mingħandek," qal Fenech Adami.

    Hekk kif infurmajnih bil-konferenza tal-aħbarijiet ta' Schiavone, Fenech Adami rreaġixxa u qal: "Jien għalija Herman Schiavone għandu jkun aċċettat u naħseb li huwa persuna valida."

    Aktar kmieni llum Hermann Schiavone għamel konferenza stampa quddiem id-Dar Ċentrali Nazzjonalista fejn ħabbar li l-partit m'aċċettax il-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni ġenerali fuq il-ħames distrett. F'konferenza li fiha Schiavone kien jidher iddispjaċut huwa rringrazzja lill-Partit Nazzjonalista, b'mod speċjali lil Eddie Fenech Adami li tah iċ-ċans jservi lin-nies fil-politika.

    Jingħad li r-raġuni li Schiavone ma tħalliex jikkontesta l-elezzjoni hi għax baqa' jirrifjuta li jiffirma dikjarazzjoni li oriġinarjament kien Franco Debono li ried li Schiavone jiffirma din id-dikjarazzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    10