Aġġornat/Filmati: Konferenza ta' bniedem imweġġa'

  • Jan 05, 2013 17:04
  • Miktub minn

    17:30 Ftit tal-ħin ilu Hermann Schiavone kkonferma li hu mhux se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista fuq deċiżjoni tal-istess partit. Viżibilment dispjaċut Schiavone spjega kif sentejn mill-partit biex jiffirma dikjarazzjoni li hu qatt ma ried jiffirma.

    "Inbaxxi rasi għad-deċiżjoni tal-partit," qal Schiavone, filwaqt li rringrazzja lill-Partit Nazzjonalista, speċjalment lill-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami talli tah l-opportunità biex għal dawn l-aħħar 30 sena jservi lin-nies fil-politika.

    Matul il-konferenzatal-aħbarijiet, Schiavone kien jidher imweġġa' b'din id-deċiżjoni li ħa l-Prim Ministru Gonzi. Fil-fatt meta mistoqsi dwar dan hu wieġeb billi qal: "Kulħadd tad-demm u l-laħam."

    "Illum l-aħħar ġurnata tiegħi bħala politiku minn għada rrid nara x'se nagħmel biex inkun ta' servizz għall-pajjiżi," qal Schiavone.

    Aktar kmieni: Fi ftit ħin ieħor Hermann Schiavone se jagħti konferenza tal-aħbarijiet minn quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Huwa mifhum li s-suġġett ta' din il-konferenza hi l-kandidatura ta' Schiavone.

    Fil-fatt jidher li għal darba oħra l-kandidatura ta' Hermann Schiavone ma kinetx aċċettata mill-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Jidher li kien illum stess li Schiavone kien mgħarraf mill-Prim Ministru dwar dan.

    L-aħħar li kienu magħrufa numru ta' kandidati ġodda li se jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali f'isem il-Partit Nazzjonalista kien f'Lulju fl-istess żmien li l-Eżekuttiv Nazzjonalista ddeċieda li ma jħalliex lil Jeffrey Pullicino Orlando, Jesmond Mugliett u Franco Debono jikkontestaw l-elezzjoni f'isem il-partit.

    Dak iż-żmien ħafna kienu ħasbu li fost l-ismijiet tal-kandidati se jkun hemm dak ta' Hermann Schiavone li huwa meqjus bħala r-rivali ta' Debono hekk kif jikkontestaw l-elezzjoni fuq l-istess distrett, il-ħames distrett.

    Għalkemm ma kienx mal-lista tal-kandidati, Schiavone kien qal hu stess li kien ilu li beda l-home visits tliet snin. Dak inhar kien intqal mill-Partit Nazzjonalista li dik il-lista tal-kandidati ma kinetx dik finali u li jistgħu jiżdiedu oħrajn.

    Il-Pulizija kienu investigaw dan il-każ u ma kienu sabu xejn kontra Schiavone. Xi żmien wara, Schiavone kien qal lil Edgar Galea Curmi li hu jaħseb li kien Franco Debono il-moħħ wara dik l-ittra anonima, allegazzjoni li dejjem kienet miċħuda minn Debono. Il-Partit Nazzjonalista kien ċanfar lil Schiavone fejn kienu qallu li l-allegazzjonijiet tiegħu kienu inaċċetabbli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 22

  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    Sur SChiavone, Ma' tantx trid tkun xi gharef biex tinduna li lilek ikkomparawk ma' lummija. Inti lill ghassar tafu hafna. Ghasrek, ha li kellu bzonn minghandek u RAMIK. Inti m'intix relevanti ghalih!! Tafu lill dan?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    Dan jaghmlu hekk ma' taghhom, mela ahseb u ara ma' min ma jaqbilx ma' fehmthom. Huwa car illi dan Schiavone mhux wiehed minn ta' gewwa...uzawh u ramewh!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    U jekk din mhix umiljazzjoni x hini Herman?? Din hi ta ftuh il ghajn ghall poplu Malti u Ghawdxi biex jara kif il PN jistma lin nies. Jumilja u jarmi lin nies tieghu ahseb u ara lill dawk li ma humiex x jaghmlilom

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    Sur schiavone, l-unika parir issa kompli mexxi r-restuarants li ghandek marsaxlokk...ghandek biex tgheda nahseb!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    Ma austin gatt ma mxewx bl-istess mizien imma.... Messkom tishtu P

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    Heqq ma hemmx x taghmel .Mhux ghax trid tighd imma mieghk GonziPN isu qatt ma kellu grazzja,L aqwa li inqeda bik meta kellu bzonn u remiek ma kumplament li heles minnhom.Insomma ia solitu GonziPN u il KLIKKA

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    Imbasta tal-PN sa ftit tal-granet i

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    hekk tkun is-serjeta tal-partit. il-pl ghax kecca lill anglu farrugia ghamel tant storbju bis-serjeta, mela l-pn x'inhu, mhux wiehed kecca imma 4. ultra serju.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    Sur schiav

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    ikollok tistenna 5 sin ohra,lanqas haq id dinner dance li qad tghamel,nahseb damu jghidulek biex tiringrazzja lil partit u ma tghid xejn kontra , lil Delia irridu il partit,donnu qed

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    L-ewwel ittamah li se jhallih jkun kandidat, issa qed jarmih. Il-veru kas li l-ispizjar milli jkollu jtik.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    usa e jeta

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    AUSTIN GATT making way for MANWEL DELIA -BL-ARRIVA JAQBILLEK!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    IL-PULITKA TAN-NAZZJONALISTI,,, UZAJNIK ISSA M'GHANDNIX X' NAMBUK, GHALHEKK FEJN THOSS LI MHUX SEW TRID TOGHOLLI RASEK U MHUX TBAXXIHA.EZATT KIF QED JAGHMEL FRANCO. HEKK TKUN RAGEL FUQ L- IRGIEL. KURAG FRANCO.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    votanti tal-5 distrett, ghazla wahda ghandkom; VOT LABOUR

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 05, 2013

    Hermann dejjem kien ragel leali lejn il-partit tal-PN. Qatt ma kien jixraqlu jigi ttrattat b'dan il-mod. Hermann jiddispjacini ghalik, pero jmissek ilek zmienli ntbaht x'inhu gej.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 06, 2013

    Veru partit ma jafx xi ni misthija, mela l'ewwel biex iqaccat lill franco Debono hafna zejil ma sciavone , u issa ghara x'gara

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 06, 2013

    kif jaghmlu lil poplu wara li jisirqulu l-vot, hekk ghamlu lil Schiavone!!! Ja poplu bahnan , marru vvottawlhom, wara hames snin tgergir!!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 06, 2013

    Il-Klikka ta' Gonzi/BusuttilPartitNegattiv (PN), tahseb li l-partitarji Nazzjonalisti kollha huma cwiec. H. Schiavone huwa l-haruf tas-sagrificcju. Izda Mi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 06, 2013

    Nghid il-verita ftit l i xejn jinteressani x'jaghmel u x'jiddeciedi li l-P.N. U ghalhekk ihallix lil Schiavone jikkontesta jew le, hija bicca kompletament tieghu. Fruq kollox hadd ma jaf e

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 07, 2013

    Sant Augustinu jerga jamilha, imma ma nafx jien min hu kap tal PN Gonzi jew gatt??? Isir dak li jrid hu.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 09, 2013

    BLA SCIAVVONE fid dar il hajja tkun AHJAR - Delia

    Irrispondi
  •  

Facebook