26 Surġent jinħatru għada... infurmawhom dalgħodu b'SMS

  • Jan 05, 2013 14:36
  • Miktub minn John Pisani
"

    Wara kważi sena li numru ta’ Kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija applikaw biex isiru Surġenti għada se jkunu qegħdin isiru uffiċjalment Surġenti.

    Kien fid-19 ta’ Jannar 2012 li dawk li kienu interessati u li setgħu japplikaw biex jagħmlu l-kors u l-eżamijiet għal Surġenti, intalbu biex jagħmlu dan. B’kollox kienu applikaw 130 kuntistabbli. Wara li ngħataw kors, fl-14 ta’ Marzu bdew isiru l-intervisti li baqgħu sejrin sat-23 ta’ Marzu 2012. Ftit tal-ġimgħat wara kienu ħarġu r-riżultati iżda dawn il-Pulizija baqgħu ma ngħatawx ir-rank u lanqas fejn se jkunu stazzjonati.

    Dalgħodu (is-Sibt), ingħatat l-ordni biex jintbgħatu sms’s lil numru minn dawn il-Kuntistabbli biex għada filgħodu jirrapportaw id-Depot biex jingħataw fejn se jsiru uffiċjalment Surġenti. Għada se jsiru biss 26 Surġent minn 88 li għaddew.

    Fil-fatt meta lbieraħ il-Korp tal-Pulizija bagħat jinforma lill-midja dwar iċ-ċerimonja ta’ għoti ta’ premjijiet, imkien ma ssemmew li se jkun hemm il-ħatra tas-Surġenti.

    L-istedina li rċevejna mill-Korp tgħid li għada l-Ħadd 6 ta’ Jannar, 2013 il-midja hija kordjalment mistiedna biex tattendi fis-Sala Vilhena fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, għal ċerimonja ta’ għoti ta’ premjijiet lill-membri tagħha, li se ssir għas-seba’ sena konsekuttiva. Qabel iċ-ċerimonja jkun hemm Quddiesa, li tibda’ fid-9.00 li tiġi ċċelebrata mill-Kappillan tal-Korp Fr Raymond Bonnici OFM.

    Il-kategoriji ta’ nies li se jkunu ppremjati fihom mill-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur John Rizzo huma -Trofej u Shield għall-kompetizzjoni tal-isparar li ġiet organizzata għall-Jum il-Pulizija fl-Akkademja tal-Pulizija; Ċertifikati ta’ mertu lil numru ta’ Pulizija li bl-imġieba tagħhom iddistingwew ruħhom waqt il-qadi ta’ dmirijiethom; Shield għal dak id-Distrett tal-Pulizija li matul l-2012 rnexxielu jnaqqas ir-rata jew il-persentaġġ tar-rata tal-kriminalità kif ikkumparata mas-sena l-oħra; Trofew lil membru tal-Korp li ddistigwa ruħu b’għemilu u fil-qadi ta’ dmirijietu fis-sena li għadha kif għaddiet u Ċertifikati ta’ servizz flimkien ma’ tifkira ta’ apprezzament lil dawk l-eks membri tal-Korp li rtiraw bil-pensjoni mis-servizz wara li servew għal 25 sena jew aktar.

    Imkien fil-programm uffiċjali ma jissemmew li se jinħatru s-Surġenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    10