Mingħajr l-Air Malta ma jista' jkollna l-ebda tama għall-industrija tat-turiżmu - Zahra

  • Jan 04, 2013 12:17
  • Miktub minn
"

    “Inħoss li l-akbar problema li kellna fl-aħħar snin kienet l-Air Malta u l-MHRA ġibdet l-attenzjoni tal-gvern dwar din il-problema.” Dan qalu Tony Zahra l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Restoranti Maltin (MHRA), waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha kienu preżentati l-proposti tal-MHRA għall-elezzjoni ġenerali.

    Dwar l-Air Malta, Zahra qal ukoll li l-gvern dam ma ndirizza din il-problema b'riżultat “li kellna kriżi kbira x'insolvu.” Il-President tal-MHRA qal li mingħajr l-Air Malta ma jista' jkollna l-ebda tama għall-industrija tat-turiżmu “u nispera li ma tarġax issir problema, minn dak li qed nara u nisma' ir-ritmu li kien qabad fl-aħħar sena qisu bħal donnu ntilef u m'għadniex konvint li l-affarijiet għadhom mixjin 'il quddiem,” kompla Zahra.

    Proposta oħra tal-MHRA hija li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jonqsu b'4ċ għal kull kilowatt. “Din tagħmel differenza kbira għalina, għax b'hekk tkun tista' tħalli lill-lukandiera flus biżżejjed biex jagħmlu r-ristrutturar meħtieġ,” kompla Zahra. Hu żied jgħid li kull għaxar snin il-lukandi jkollhom bżonn jagħmlu ristrutturar għaliex inkella l-prodott jaqa' lura.

    Meta kien mistoqsi kif inħadmet il-figura ta' 4c għal kull kilowatt, Zahra qal li dan huwa eżerċizzju matematiku marbut mal-effiċjenza tal-powerstation ta' Dellimara. Bil-power station il-ġdida l-effiċjenza se tiżdied u minn dik l-effiċjenzja jistgħu jitnaqqsu l-kontijiet, aparti minn hekk qal li huwa importanti wkoll li l-VAT terġa tonqos għal ħamsa fil-mija kif kienet qabel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    3