“Ġlieda” dwar min ivvinta ċ-chips

  • Jan 04, 2013 11:32
  • Miktub minn
"

    Wieħed mill-akbar misteri kulturali Ewropej jibqa’ dak dwar min ivvinta ċ-chips. Skont il-leġġendi Franċiżi, kienu negozjanti fuq il-Pont Neuf f’Pariġi li vvintawhom ftit wara r-rivoluzzjoni Franċiża fl-aħħar tas-seklu 18.

    Fl-istess waqt, fil-folklor Belġjan jissemma li ċ-chips ġew ivvintati aċċidentalment fis-17-il seklu min-nies ta’ Namur, dik li aktar tard saret magħrufa bħala n-nofsinhar tal-Belġju. Jingħad li darba meta x-xmara Meuse kienet iffriżata, is-sajjieda lokali qattgħu l-patata fi strixxi li jixbħu forma ta’ ħut u sajru lilhom minflok.

    Waqt festival tal-ikel bl-isem ta’ Brusselicious fil-belt kapitali tal-Belġju, esperti kulinarji u storiċi miż-żewġ pajjiżi bdew janalizzaw dawn l-istqarrijiet.

    Pierre Leclerc, professur mill-Università ta’ Liège, ammetta li ftit hemm provi li l-Belġju vvintat iċ-chips. Hu sostna li l-Beġjani jħobbu ħafna ċ-chips, iżda r-riċerka xjentifika dwar is-suġġett għadha biss kif bdiet.

    Min-naħa l-oħra, l-istudjuża tal-istorja Franċiża, Madeleine Ferrière qalet li hemm provi li ċ-chips kienet tinbigħ fit-toroq u fuq il-Pont Neuf f’Pariġi sa minn wara l-1789.

    Biex tkompli żżid mal-konfużjoni anke l-Ingliżi jgħidu li vvintaw iċ-chips fejn jissemmew referenzi għal din it-tip ta’ patata li kienet tinbigħ fl-Ingilterra fil-bidu tas-seklu 19. Minkejja dan, fil-każ taċ-chips Ingliżi dawn jista’ jkun li kienu akbar minn kif nafuhom illum.

    Madankollu, l-esperti tal-kċina Belġjani jinsistu li ċ-chips leħqu l-aqwa kwalità u ngħataw l-aktar importanza kulturali fil-Belġju għax il-Franċiżi jużawhom bħala xi ħaġa li tiekol mal-laħam.

    Fil-fatt, l-awtur Albert Verdeyen qal li l-Belġjani jistmaw iċ-chips bħala xi ħaġa nobbli fiha nnifisha u li huma rnexxielhom joħolqu l-arti ta’ kif għandhom jissajru biex ikollhom lewn dehbi u togħma tajba.

    Insomma, hu min hu li vvinta ċ-chips, l-importanti għalina hu li ġew ivvintati ħalli aħna nkunu nistgħu ngawduhom!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    3