Musulmani joffru siġġijiet tar-roti lill-MCCF

  • Nov 29, 2016 08:15
  • Miktub minn iNews
"

    Il-komunità Mosulmana Ahmadiyya offriet għaxar siġġijiet tar-roti u numru ta’ kotba lill-Malta Community Chest Fund (MCCF) biex tagħtihom lil dawk fi bżonn.

    Il-President Marie-Louise Coleiro-Preca u ċ-Ċermen tal-Bord tal-Amministraturi tal-MCCF John Camilleri laqgħu lir-rappreżentanti tal-għaqda fil-Palazz Presidenzjali ta’ San Anton.

    Il-President ta’ Malta rringrazzjat lill-komunita Musulmana għall-għotja tagħha u rrimarkat li dan juri kemm is-solidarjetà tista’ ġġib lin-nies viċin ta’ xulxin.

    Min-naħa tiegħu, il-President tal-għaqda Musulman Laiq Ahmed Atif enfasizza li bħala kommunita huma kommessi li jgħinu lin-nies fi bżonn u li jagħmlu xogħol fis-soċjetà li jkunu qed jgħixu fiha.

    Ritratt: CLODAGH FARRUGIA O'NEILL

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0