Id-dinja tirreaġixxi għall-mewt ta' Castro

  • Nov 26, 2016 12:52
  • Miktub minn iNews

    L-ewwel nies li taw ir-reazzjoni tagħhom għall-mewt ta' Castro kienu l-mexxejja Latini Amerikani.

    Il-President Messikan Enrique Pena Nieto saħaq li Castro kien ''ħabib kbir'' għall-Messiku, hekk kif għall-President ta' El Salvador Sanchez Ceren, huwa kien ''kumpanjatur etern''.

    Il-President tal-Venezwela Nicolas Maduro saħaq li ''revoluzzjonarji madwar id-dinja għandhom isegwu x-xogħol tiegħu''.

    L-aħħar mexxej tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev saħaq: ''Fidel qam bilwieqfa u saħħaħ lil pajjiżu waqt l-aktar blockade Amerikana ħarxa, meta kien hemm pressjoni kolossali fuqu''.

    Vladimir Putin iddeskrivih bħala ''ħabib sinċier'' tar-Russja.

    Għall-President Franċiż Francois Hollande, Castro kien simbolu tar-revoluzzjoni Kubana, fit-tamiet u kif ukoll fid-diżappunti.

    F'Miami, fejn hemm komunità Kubana kbira, kien kien diversi ċelebrazzjonijiet f'partijiet tal-belt.

    Il-grupp eżiljat Kuban, id-Direttorat Demokratiku Kuban, saħaq li Castro ħalla ''intolleranza'' warajh meta waqqaf ''reġim totalitarju''.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook