Black Friday jinbidel fi traġedja … tnejn maqtulin fl-Istati Uniti

  • Nov 25, 2016 20:42
  • Miktub minn iNews

    Il-Black Friday kulħadd kien qed jistennih. Madankollu żgur li qatt ħadd ma ħaseb li jum suppost marbut ma’ diversi offerti speċjali jispiċċa fi traġedja.

    Dan hekk kif il-midja tal-Istati Uniti qed tirrapporta l-qtil ta' żewġ persuni f'inċidenti separati li jinvolvu armi tan-nar. L-ewwel inċident seħħ barra l-ħanut Macy's fi New Jersey, filwaqt li l-persuna l-oħra nqatlet f'inċident deskritt bħala ‘road rage’ fil-parkeġġ ta' Walmart f'Nevada.

    Ir-reat li twettaq barra Macy's seħħ fis-sigħat bikrin ta' filgħodu hekk kif in-nies kienu qegħdin jinġemgħu biex jakkwistaw l-aqwa offerti tal-istabbiliment. Kien irrapportat li ġew sparati diversi tiri minn karozza.

    Min-naħa l-oħra l-inċident f'Nevada seħħ tard nhar il-Ħamis li għadda meta persuna nqatlet b'arma tan-nar fil-parkeġġ tal-istabbiliment Walmart.

    Kienu rrapportati wkoll diversi inċidenti fejn nies spiċċaw fl-idejn waqt li kienu qegħdin jixtru minn bosta stabbilimenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0