L-influwenza tat-tjur tkompli tinfirex fl-Ewropa

  • Nov 24, 2016 19:20
  • Miktub minn iNews

    Fl-istat Ġermaniż ta’ Lower Saxony ġie kkonfermat każ riskjuż ħafna tal-influwenza tat-tjur magħruf bħala H5N8 u madwar 16,000 dundjan f’razzett se jkollhom jinqatlu.

    Il-każ instab fir-raħal ta’ Cloppenburg fit-Tramuntana tal-pajjiż u kien ikkonfermat bħala l-ewwel wieħed f’razzett f’Lower Saxony, wieħed mill-akbar reġjuni fl-Ewropa fejn jitrabbew it-tjur.

    Diversi pajjiżi fl-Ewropa u Iżrael sabu każi ta’ H5N8 f’dawn l-aħħar ġimgħat u l-awtoritajiet ordnaw lis-sidien biex iżommuhom taħt is-saqaf biex tiġi evitata l-imxija tal-influwenza.

    F’dawn l-aħħar jiem il-virus kontaġjuż instab kemm-il darba fost tjur selvaġġ f’bosta partijiet tal-Ġermanja u l-gvern ordna aktar miżuri stretti fuq sidien ta’ rziezet u wissihom ukoll li jistgħu jiġu ordnati li jżommu t-tjur tagħhom fil-magħluq.

    Il-biċċa l-kbira tal-każi nvolvew tjur selvaġġ iżda kemm il-Ġermanja, l-Ungerija u l-Awstrija rrapportaw każi ta’ influwenza f’irziezet tad-dundjani u l-papri fejn it-tjur kellhom jiġu meqruda bħala prekawzjoni. Nhar it-Tnejn li għadda ġie rrapportat każ f’razzett anke fid-Danimarka.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook