Ikun xi jkun ir-riżultat, irridu nirbħu bħala poplu - Muscat

  • Diċ 31, 2012 19:33:03
  • Miktub minn

    Fid-diskors għal bidu tas-sena l-ġdida, l-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat qal li ma jridx jitkellem fuq il-kampanja elettorali, imma fuq dak li se jiġri wara.

    “Nixtieq inħares lejn l-10 ta’ Marzu, l-għada tal-elezzjoni ġenerali. L-għada li kull wieħed u waħda minna se jkun għamel l-għażla. L-aspirazzjoni tiegħi huwa li tkun ġurnata bħall-oħrajn. Iva, se jkun hemm għażla ta’ min imexxi lil pajjiżna. Iżda jien nemmen li issa wasal iż-żmien, li jkun xi jkun ir-riżultat, irridu nirbħu bħala poplu,” qal Muscat

    Huwa żied jgħid li wara Marzu se jkun hemm sfidi kbar quddiem il-poplu Malti. “Mhux biss dawk ekonomiċi, iżda wkoll dawk li se jpoġġuna taħt skrutinju kbir bħala pajjiż,” kompla Muscat. Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma l-Ewwel Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea fl-2017.

    Għal dan l-avveniment Muscat qal li jemmen li għandhom jintużaw il-kapaċitajiet ta’ kulħadd, irrispettivament mill-politika li jistgħu jħaddnu. “Huwa għalhekk ukoll li x-xewqa tiegħi hija li l-10 ta’ Marzu jkun jum bħall-oħrajn, fejn b’serenità kulħadd ikun għamel l-għażla, imbagħad nixmu ’l quddiem flimkien bħala poplu, wieħed, maqgħud,” kompla l-Mexxej Laburista.

    “Insellem minn qalbi lil dawk kollha, irrispettivament minn liema partit ġejjin, li fil-ġimgħat li ġejjin se jersqu quddiem il-poplu tagħna bl-argument dwar liema direzzjoni rridu nieħdu lil pajjiżna. Nirringrazzjahom talli qed jagħtu sehemhom. Min-naħa tagħna, nassigurakom li se mmexxu kampanja pożittiva li se tkun ibbażata fuq l-għaqda,” temm Muscat, filwaqt li awgura lill-poplu Malti s-Sena t-Tajba mimlija risq, hena, paċi u saħħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 16

  •  
    anonimu
    Diċ 31, 2012

    Hekk jitkellem min ikun ragel u veru jhobb lil proxmu u lil pajjizu, X'differenza min Xmun il Busu maghruf bhala L-ghasfur tal bejt li jrid lin nisa nazzjonalisti jiggieldu ghal Gonzi Pinocchio ghand tal grocer.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 31, 2012

    Moviment tal-progressivi u moderati. Immexi min zaghzugh habrieki li l-ewwel gharaf jghaqqad il-partit u wara beda jghaqqad lill-poplu. L-ahhar rizultati ta' l-elezzjoni wera' bic-car li l-poplu huwa maqsum u mifrud tant li l-elezzjoni n

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 31, 2012

    Hbieb Tiftakru qabel L- Elezjoni tal europa ? iI- Petrol Kien rahas 15c f'xahar. Hu wara l- elezjoni. kien qola 10c hu 7c f xharejn. Dr Gonzi zmien il- buzullotti wasal biex jaghdi.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    Nixtieq Nibghat l-awguri tieghi lill-Kap ta' L-Oppozizzjoni Dr. Joseph Muscat u lill-Familja tieghu kollha. Awguri wkoll lil dawk kollha ta' rieda tajba.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    Diskors positiv u f waqtu min mexxej kbir

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    MATURITA f'livel ta partit u anka dak Nazzjonali.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    prosit joseph , diskors ta mexxej ta partit li jrid jara il pajjiz miexi il quddiem , poplu maqghud.............mhux bhal haddiehor hlief hdura u mibgheda mhux qed jitrasmessu.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    Kliem li jaqghad u li jimmatura lin nazzjon.Kliem bhal li niddefendu lill partit ghand tal grocer u ma nhallu lill hadd jihdilna it t

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    L-ewwelnett, awguri s-sena tajba lil kulhadd, inkluzi lil inewsmalta.com, uko

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    ikompli; nitolbuk Joseph sabi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    Proset leader. kliem genwin u sincir Awguri

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    Gbajt nara l-istess nies, l-istess business men iduru huma biss max-xehda ta l-ghasel; we need a change and fast. Hemm hafna talent f'Mal

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    Il-kliem ta' Dr Joseph Muscat dwar il-Futur li jghaqqadna bhal Maltin f'gens

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    Bilkemm titwemmen; Bghatt lit-timesofmalta.com, awguri lil bloggers ta&

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    Joseph Muscat mexxej kbir. K

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 01, 2013

    Kull darba li jitkellem dr muscat aktar jikkonvinci u kemm il pajjiz ghandu bzonn Ta bidla

    Irrispondi