Għażla

  • Diċ 30, 2012 19:37
  • Miktub minn

    Is-sena 2013 se tkun sena li fiha l-poplu Malti u Għawdxi jrid jagħmel għażla. Għażla ta’ min irid li jmexxih għall-ħames snin li ġejjin. Għażla li se ssegwi waħda mill-itwal kampanji elettorali li qatt ra pajjiżna, hekk kif issa - anke jekk mhux uffiċjalment - ilna f’kampanja elettorali sa mill-10 ta’ Diċembru, il-jum li fih waqa’ l-gvern.

    Nittamaw li dik li se tibda fis-7 ta’ Jannar tkun kampanja pożittiva, ibbażata fuq l-ideat għat-tmexxija ta’ pajjiżna. Nistennew issa li ż-żewġ partiti politiċi joħorġu bil-manifesti elettorali tagħhom u nittamaw li jkun il-kontenut ta’ dawn il-manifesti li jieħu l-ikbar attenzjoni tul il-ġimgħat li ġejjin. Ovvjament, dan irid isir fil-kuntest ta’ dak li l-partiti qalu jew wettqu fl-aħħar ħames snin. U dan jgħodd għaż-żewġ partiti.

    Nagħtu eżempju. Kellna lil Lawrence Gonzi li ddefenda kemm seta’ lil Richard Cachia Caruana, Austin Gatt u Carmelo Mifsud Bonnici li kienu qegħdin jiffaċjaw mozzjoni ta’ sfiduċja fil-parlament fuq il-mod kif mexxew fil-karigi pubbliċi tagħhom. Min-naħa l-oħra kellek lill-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat li talab lill-Anġlu Farrugia jirriżenja fuq kumment li għadda dwar l-operat ta’ Maġistrat. Dan żgur li jirrifletti fuq il-karateristiċi differenti li għandhom iż-żewġ mexxejja politiċi. Ovvjament kulħadd janalizza dawn iċ-ċirkostanzi mil-lenti tiegħu, iżda huwa fatt li llum jidher ċar dak li Gonzi u Muscat għandhom kejl differenti fuq temi ta’ kontabbiltà politika.

    Imbagħad hemm il-famużi kontijiet tal-enerġija li ħafna se jkunu qegħdin jistennew x’se jgħidu l-partiti dwarhom. Nifhmu li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jżomm mal-politika tiegħu li joħloq xi inċentivi minflok jagħmel il-prezzijiet kompettitivi. Min-naħa l-oħra nistennew li l-Partit Laburista jippreżenta l-pjan tiegħu dwar il-kontijiet. Pjan li jrid ikun wieħed sostenibbli, fattibli u spjegat. Jekk dan ma jkunx il-każ allura l-poplu jkun iddiżapuntat wara tant xhur fejn esponenti tal-Partit Laburista rrepetew li bl-ikbar serjetà kien qiegħed jinħema dan il-pjan.

    Imbagħad irridu naraw il-proposti għal oqsma oħra importanti bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-ambjent. Hemm tema oħra li ma rridux nibqgħu naraw tkun moħbija u din hija dik tal-immigrazzjoni llegali. Din hija sfida li ma nistgħux nitilquha għal riħha. Dan għax se tibqa’ hemm u għalhekk irridu nħejju għaliha. Fost oħrajn l-integrazzjoni ta’ dawk fostna trid tkun waħda bbażżata fuq fatti u mhux biżgħat. Fl-istess ħin li rridu nifhmu l-weġġgħat ta’ kull persuna, irridu nirikonoxxu l-isfidi fis-soċjetà tagħna u nindirizzawhom.

    Ma’ dawn hemm biżibilju ta’ temi oħra u għalhekk għalkemm il-kampanja twila jaf ma tkunx biżejjed biex nitrattaw fid-dettall dak kollu li għandu x’jaqsam mal-futur tagħna. Għalhekk nittamaw li ma tkunx kampanja ffokata fuq il-passat imbiegħed li qajla jista’ jagħmel differenza fil-ħajja tal-familji tagħna. Il-familji tagħna jridu jippjanaw għal għada u mhux jibku ‘lbieraħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook