Id-defiċit ikompli jikber

  • Diċ 28, 2012 11:52
  • Miktub minn

    Skont statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, id-defiċit tal-Gvern Ċentrali huwa ta' €342 miljun fl-ewwel 11-il xahar ta' din is-sena. Fl-ewwel 11-il xahar tas-sena ta' qabel id-defiċit kien ta' €278.2 miljun. Dan ifisser li d-defiċit żdied b'€63.8 miljuni.

    Jidher li l-kawża ta' żieda fid-defiċit rriżulta minn żieda fin-nefqa totali li kienet ta' €195.8 miljun, li qabżet it-tkabbir mid-dħul li kien ta' €132 miljun.

    Bejn Jannar u Novembru 2012, id-dħul rikkorenti kien ta' €2,366 miljun żieda ta' 5.9 fil-mija fuq is-sena ta' qabel. Meta mqabbel mal-2011 l-ispiża totali żdiedet b'7.8 fil-mija għal €2,708.1 miljun.

    Fl-aħħar ta' Novembru, id-dejn tal-gvern ċentrali kien ta' €4,756.6 miljun, żieda ta' €200.9 miljun fuq is-sena ta' qabel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 14

  •  
    anonimu
    Diċ 28, 2012

    Gvern ħalliel u egoist, kisser il-faxxa tal-middle class mhux bi żball imma bi skop u il-poplu għandu jinduna min fir-realta qed jgħid is-sewwa. Futur li Jgħaqqadna

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 28, 2012

    Par idejn sodi ta Gonzinu Pinocchio PeNe. Gabna globu kif alla irridna. Issa

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 28, 2012

    U jktar ha jikber. Min jaf kemm ser iqassmu boqxiex. L-ahwa hudu li jtukhom (lili sissa kont tad-dawl kbir tani), gol-kaxxa tal-voti wahdek tkun: ivvota Labour!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 28, 2012

    'Skont statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika,

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 28, 2012

    Se jibqaw sal l`ahhar jitfaw il pizijiet fuq il poplu Il gvern ta Gonzi falla pajjiz u salab il poplu ghalhek il poplu mhux se jerga jafdah fit tmexxija tal pajjiz.IS SIEGHA TIEGHK WASLET JA POPLU QUMM FUQ TIEGHEK U ELLES LILL MALTA MIN DAN IL GVERV.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 28, 2012

    Id-defiċit ikompli jikber.....Viva GonziPN!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 28, 2012

    'id-deficit ikompli jikber" waslet l-elezzjoni mhux bil-fors? inkunu nafu kemm hu verament kbir id-deficit, wara Marzu 2013!!!!!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 28, 2012

    Wirt tal-PN. Prosit hey x'Istrina din.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 28, 2012

    Dejn li jġiblek għajnejk wara widnejk Deficit li juri l-inkompotenza u l-ħela. Dabbru raskom 'l hemm, ilhom 25 sena jfawru bwiethom u jnawru l-pajjiż. PN: id-duda Maltija! Għalxejn jippruvaw jaljenaw lill-poplu ... did-darba l-kitba fuq il-ħajt!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 28, 2012

    Din ir-rovina

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 28, 2012

    Possibbli hadd ma ji

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 28, 2012

    L-aqwa li l-Finanzi Fis-Sod. Qed tara il-par idejn sodi kemm huma verament sodi. Tonio Fenech irnexxilu jwaqqaf rekord kull fejn kien, meta kien Sindku ta

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 28, 2012

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 29, 2012

    laqwa li bebietom hadu is somma ta euro 455oooo fsena wahda biss

    Irrispondi