Aċċident tat-traffiku fil-Mosta... Żewġ sewwieqa jiddaħħlu l-isptar għall-kura

  • Diċ 28, 2012 08:31
  • Miktub minn John Pisani
"

    F’aċċident tat-traffiku li seħħ kmieni dalgħodu fil-Mosta żewġ sewwieqa ddaħlu l-Isptar Mater Dei għal kura. Għalkemm ħadd mis-sewwieqa mhu fil-periklu tal-mewt s’issa mhux magħruf xi ġrieħi sofrew.

    Dan l-aċċident seħħ għall-ħabta tas-06.00 meta karozza Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 49 sena mill-Mosta kienet għadha kif ħarġet minn Triq l-Isperanza għal Triq il-Kostituzzjoni. Fl-istess ħin kienet ġejja karozza Toyota Corolla misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena wkoll mill-Mosta li kien sejjer fid-direzzjoni ta’ Tarġa Gap. Kien hawn li seħħet il-ħabta li mad-daqqa l-Yaris sfat imbuttata għal fuq vann Transit li kien ipparkjat.

    Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Għassa tal-Mosta mmexxijin mis-Surġent Rodene Ghirxi li sejħu għall-assistenza medika fejn intbgħatu żewġ ambulanzi bl-infermieri li ħadu liż-żewġ sewwieqa l-isptar.

    Minħabba ż-żejt li ħareġ mill-Corolla, marru l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li xerdu r-ramel biex ikunu evitati aktar aċċidenti.

    Persuni li tkellmu ma’ inewsmalta.com qalulna li mhux l-ewwel darba li fl-istess post iseħħu aċċident simili. Huma qalulna li palma kbira li hemm fuq is-centre strip f’tarf Triq l-Isperanza tagħti l-vista tas-sewwieqa u ma jkunux jistgħu jaraw il-karozzi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni tal-Knisja. Huma qed jappellaw biex din il-palma titneħħa immedjatament.

    Il-mara sofriet kienet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief, filwaqt li l-ġuvni sofra ġrieħi gravi, iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

    Ritratti: John Pisani

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    3