L-atleti Maltin bl-aħħar tħejjijiet għall-Olimpjadi

  • Lul 17, 2012 12:20
  • Miktub minn

    Il-kontinġent Malti li se jieħu sehem fl-Olimpijadi ta' Londra aktar tard dan ix-xahar, qed jagħmlu l-aħħar preparamenti għal din l-avventura. Dan qalu Julian Pace Bonello, Chef de Mission, tal-Kontinġent Malti.

    Nhar il-Ħadd jitilqu minn Malta ż-żewġ għawwiema Nicola Muscat u Andrew Chetcuti. L-għawwiema se jkollhom training camp fl-Ingilterra stess, biex isiru aktar familjari mal-ambjent fl-Ingilterra.

    Il-kumplament tal-atleti se jitilqu fis-26 ta' Lulju. B'kollox Malta se jkollha ħames atleti jikkompetu. Barra ż-żewġ għawwiema, se jkun hemm Diane Borg u Rachid Couhal għall-atletika u William Chetcuti li se jieħu sehem fit-trap.

    Pace Bonello qal li l-atleti kollha kellhom taħriġ impenjattiv f'dawn l-aħħar sentejn. “Naħseb qatt ma kien hawn atleti Maltin li ngħataw dan it-taħriġ,” żied Pace Bonello.

    "Minn dawn l-atleti huwa mistenni li jagħmlu l-almu tagħhom, għalkemm dak in-nhar kollox jista' jinqala. Wieħed irrid iżżomm f'moħħu l-livell għoli li dawn l-atleti se jkunu qegħdin jikkompetu fih,” kompla Pace Bonello għall-mistoqsijiet ta' inewsmalta.com.

    Fuq William Chetcuti, ix-Chef de Mission qal li huwa ttamat li jmur aħjar milli mar fl-aħħar Olimpijadi. Fl-Olimpijadi li kienu saru erba' snin ilu f'Bejing, Chetcuti kien kiseb it-tmien post. Mistoqsi minn inewmalta.com jekk Chetcuti għandux pressjoni żejda fuqu, Pace Bonello wieġeb li “Nispera li le, imma fuq kollox illum Chetcuti huwa ħafna aktar matur milli kien erba' snin ilu u dan huwa ta' vantaġġ.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0