Terremot ieħor f’Oklahama

  • Nov 07, 2016 14:10
  • Miktub minn iNews

    Terremot ta’ qawwa ta’ ħames gradi fuq l-iskala l-Iskala Richter laqat iċ-ċentru ta’ Oklahama, fl-Istati Uniti, fejn għamel ħsarat lil għadd ta’ bini. L-epiċentru tat-terremot heżżeż bil-kbir il-belt ta’ Cushing, madwar 80 kilometru lejn il-Grigal ta’ Oklahama City kmieni l-bieraħ fil-għodu. It-tregħid tal-art inħass ukoll fl-istat ta’ Texas.

    L-awtoritajiet ta’ Cushing irrapportaw ħsara mhux ħażin f’għadd ta’ binjiet u l-iskejjel kollha l-bieraħ tħallew magħluqin ħalli esperti jkunu jistgħu jispezzjonawhom għal xi ħsarat strutturali. Għadd ritratti li tpoġġew fuq il-midja soċjali kienu juru kwantità ta’ debris fi-toroq fejn hemm numru mhux ħażin ta’ bini kummerċjali.

    Ta’ min jgħid li matul l-aħħar ġimgħa ġew irrapportati 19-il terremot f’dan l-istat Amerikan waqt li f’Settembru li għadda terremot ieħor ta’ qawwa ta’ 5.6 grad nissel tħassib kbir li din l-attività siżmika kellha x’taqsam mal-produzzjoni tal-enerġija. Fl-2013 xjentisti kienu assoċjaw terremot ta’ qawwa ta’ 5.7 grad mal-injezzjoni ta’ ilma li jintuża fit-tħaffir għaż-żejt taħt l-art. 

    Ta’ min isemmi li l-belt ta’ Cushing b’popolazzjoni ta’ madwar 7,900 hija magħrufa għall-uħud mill-akbar ħażniet ta’ żejt fl-Istati Uniti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0