Ir-Russja akkużata bl-attentat ta' qtil tal-Prim Ministru tal-Montenegro

  • Nov 07, 2016 10:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-prosekutur speċjali inkarigat mill-investigazzjoni ta’ pjan biex l-elezzjoni tax-xahar li għadda fil-Montenegro tkun manipulata, qal li grupp ta’ nazzjonalisti Russi kienu ppjanaw biex joqtlu lill-Prim Ministru Milo Djukanovic u b’hekk jitla’ fil-poter partit li jappoġġja l-politika ta’ Moska.

    Djukanovic, li jappoġġja lill-Punent, kellu jinqatel minħabba l-pjani tal-Gvern tal-Montenegro biex jingħaqad fin-NATO.

    L-investigazzjoni waslet għall-konklużjoni li nazzjonalisti mir-Russja organizzaw grupp kriminali li ppjana biex jidħol fil-Parlament dakinhar tal-elezzjoni u joqtol lill-Prim Ministru Djukanovic, bil-poter jingħadda f'idejn koalizzjoni favur ir-Russja.

    Din l-investigazzjoni wasslet biex mal-20 ċittadin Serb u Montenegrin, fosthom eks-kmandant tal-forzi speċjali Serbi, jiġu arrestati. Erbatax minnhom għadhom fil-kustodja tal-Pulizija, b’uħud minnhom isir magħruf li ġġieldu mar-ribelli Ukreni favur ir-Russja fil-Lvant tal-Ukrajna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0