Il-poplu Bulgaru jivvota fl-elezzjoni Presidenzjali

  • Nov 06, 2016 20:35
  • Miktub minn iNews
"

    Illum il-poplu Bulgari kien qiegħed jiġi mitlub li jivvota biex b’hekk ikun jista’ jintagħżel il-president il-ġdid. Din hija elezzjoni li hija kkumbattuta ħafna u li tista’ saħansitra toħloq instabbiltà fil-pajjiż, apparti li tista’ tqarreb ir-rabtiet tal-pajjiż iktar lejn ir-Russja.

    Skont l-aħħar sondaġġ li kien sar fost il-pubbliku, jidher li Tsetska Tsacheva ta’ 58 sena – tal-partit ċentru lemini GERB li jisab fit-tmexxija – jidher li se għandu vantaġġ minimu f’dawn l-elezzjonijiet. Ir-rival ewlieni tiegħu huwa Rumen Radev ta’ 53 tal-partit Soċjalista. Dan tal-aħħar irid li l-Unjoni Ewropea twaqqaf is-sanzjonijiet li għandha kontra r-Russja.

    Jekk Tsacheva jitlef, is-Soċjalisti ta’ Radev u gruppi oħrajn tal-oppożizzjoni jkunu jistgħu joħolqu instabbiltà fil-gvern ta’ minoranza tal-GERB u b’hekk jista’ jkun hemm elezzjonijiet parlamentari bikrija fil-pajjiż.

    Dan jista’ jwassal għal xhur ta’ instabbiltà politika u anke iktar dewmien biex isiru r-riformi li hemm bżonn. Ta’ min jgħid li l-pajjiż tal-Bulgarija ma tantx huwa għaddej minn żmien feliċi l-aktar wara l-falliment tar-raba’ l-ikbar bank fil-pajjiż u anke minħabba d-dimostrazzjonijiet li qed isiru kontra l-korruzzjoni. Il-partit GERB kien tela’ fil-poter bil-għajta li se jiġġieled il-korruzzjoni.

    Il-poplu Bulgaru jidher li mhux kuntent bil-progress li qiegħed jagħmel il-partit GERB waqt li f’għajnejn il-poplu Tsacheva mhux mexxej kariżmatiku bħalma hu l-Prim Ministru Borisov. 

    Il-Bulgarija hemm ħafna li huma kontra s-sanzjonijiet li l-Unjoni Ewropea imponiet fuq ir-Russja. L-iktar li qed iseħħ dan minħabba li dawn is-sanzjonijiet qed jaffettwaw finanzjarjament anke lill-Bulgarija.

    Il-maġġoranza tal-poter fil-pajjiż huwa f’idejn il-Prim Ministru u l-parlament iżda l-President għandu s-saħħa li jmexxi lill-forzi armati u jkun jista’ juża l-veto f’leġiżlazzjoni. Il-President huwa wkoll dak li jiffirma trattati internazzjonali u jappunta l-ambaxxaturi.

    Ritratt: REUTERS

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0