Il-Pulizija Ingliża tarresta 53 persuna waqt dimostrazzjonijiet

  • Nov 06, 2016 16:00
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-inqas 53 persuna ġew arrestati waqt il-Million Mask March li sar fiċ-ċentru ta’ Londra lbieraħ. Id-dimostranti, li kienu kienu lebsin il-maskla ta’ Guy Fawkes, issieħbu fid-dimostrazzjonijiet antikapitalisti mill-Pjazza Trafalgar lejn il-Parlament.

    Ta’ min jgħid li din is-sena kien hemm imposti restrizzjonijiet kbar min-naħa tal-pulizija ta’ Londra wara l-inkwiet li kien inqala’ s-sena li għaddiet. 

    Uffiċjali tal-pulizija meta tkellmu ma’ midja internazzjonali qalu li l-arresti saru minħabba abbuż ta’ droga, pussess ta’ armi, ħsara pubblika u diżordni pubblika. Din id-dimostrazzjoni kienet waħda minn diversi li saru madwar id-dinja kollha fil-5 ta’ Novembru. L-għan ewlieni ta’ dawn id-dimostrazzjonijiet huwa li l-poplu jsemma’ leħnu kontra l-kapitaliżmu.

    L-attivisti tal-grupp ta’ hackers magħrufin bħala Anonymous kienu preżenti waqt id-dimostrazzjonijiet. Għadd ta’ dimostranti xxabbtu mal-bażi tal-kolonna ta’ Nelson waqt li bdew jagħjtu is-slogan “soluzzjoni waħda, revoluzzjoni.” Kien hemm imbagħad dimostrazzjonijiet oħrajn li bdiew iqabbdu logħob tan-nar u flaes quddiem Westminister Abbey.

    Il-preżenza tal-pulizija barra l-bini tal-parlament kienet waħda kbira, u d-dimostranti kienu mwissija biex ma jaqbżux il-barrikati. 

    Min-naħa tagħhom il-pulizija qalu li l-maġġoranza tad-dimostranti kienu paċifiċi. Kien numru żgħir ħafna ta’ dimostranti li qalgħu l-inkwiet. 

    Il-pulizija kienu ppreparati sew għall-inkwiet li seta’ jinqala’ l-aktar minħabba li s-sena li għaddiet ġew arrestati xejn inqas minn 50 persuna waqt li kien hemm erba’ pulizija u sitt iżwiemel li sofrew ġrieħi.

    Ritratt: REUTERS

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0