Theresa May: Il-Parlament għandu jaċċetta l-vot ta’ Brexit

  • Nov 06, 2016 15:54
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Parlament Britanniku għandu jaċċetta l-vot tal-Brexit bħala wieħed leġittimu u għandu jħalli lill-Gvern tal-pajjiż biex joħroġ lill-pajjiż mill-Unjoni Ewropea kif suppost. Dan qalitu l-Prim Ministru tal-pajjiż Theresa May nhar il-Ħadd li għadda.

    May qalet li hija kunfidenti li tibdel id-deċiżjoni tal-Qorti Britannika li tgħid li l-Gvern għandu bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament biex tal-ewwel ikun jista’ jibda l-proċess biex dan il-pajjiż jitlaq mill-Unjoni Ewropea. 

    Din id-deċiżjoni tal-Qorti ma tantx niżlet tajjeb fost ewroxettiċi li qed jibżgħu li se jinterferixxu fil-Brexit biex din ma sseħħx.

    Iżda f’artiklu li May kitbet fuq il-gazzetta ''Sunday Telegraph'' hija qalet li se tirreżisti dawn l-attentati kollha. Fl-artiklu tagħha May qalet li l-poplu għamel id-deċiżjoni tiegħu, u d-deċiżjoni hija waħda ċara ħafna. Għalhekk, tenniet May, li huwa l-obbligu tal-Gvern tagħha li l-Brexit isseħħ kif mitlub mill-poplu.

    Il-Gvern Britanniku s’issa ftit li xejn ta dettalji dwar x’se jkunu r-relazzjonijiet futuri mal-Unjoni Ewropea. Huwa mistenni li May tagħmel żjara fl-Indja fejn hemm tipprova tilħaq ftehim ta’ kummerċ ħieles ma’ dan il-pajjiż. 

    Tajjeb li ngħidu li l-Parlament Britanniku jista’ teknikament jimblokka l-Brexit hekk kif ħafna mill-membri tiegħu kienu jaqblu li r-Renju Unit għandu jibqa’ fl-Unjoni Ewropea. Iżda l-possibbiltà li jseħħ dan hija remota ħafna.

    Ritratt: REUTERS

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0