Il-Kunsillieri f’San Ġiljan maqsumin dwar Paceville

  • Nov 02, 2016 08:30
  • Miktub minn iNews

    Il-Kunsillieri tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġljan u r-rappreżentati tal-hamlet ta’ Paceville eletti f’isem il-Partit Laburista, iddissassoċjaw ruħhom bl-aktar mod kategoriku mill-mod kif il-Kunsillieri Nazzjonalisti l-Ħamis li għadda organizzaw laqgħa f’isem il-Kunsill Lokali fil-Millenium Chapel dwar il-masterplan ta' Paceville.

    Huma sostnew li din il-laqgħa ma ġietx organizzata kif suppost minħabba nuqqas ta’ konsultazzjoni u saret b’tali mod li dik li suppost kellha tkun laqgħa ta’ konsultazzjoni, fejn kulħadd seta’ jkun mistieden isemma leħnu, inbidlet f’laqgħa ta’ oppożizzjoni fejn ġew mistiedna biss dawk l-għaqdiet li huma kontra l-proġett għal Paceville.

    “Meta ġejna mgħarrfin bil-mod kif se ssir il-laqgħa, bħala Kunsillieri għedna għal darba darbtejn li laqgħa ta’ konsultazzjoni ma ssirx b’dak il-mod għax kienet se tinstema’ naħa waħda ta’ din il-kwistjoni li seta’ joħloq allarm żejjed fost ir-residenti ta’ San Ġljan u Paceville,” qalu l-Kunsillieri Laburisti fi stqarrija ppubblikata lbieraħ.

    Żiedu jgħidu li huma jilqgħu b’sodisfazzjon il-fatt li hawn Gvern li jrid jara titjib f’din iż-żona tant li ħejja dokument għad-diskussjoni biex jiġi mwettaq proġett li mhux biss se jagħti ħajja ġdida lil din iż-żona, imma wkoll se jagħti valur miżjud kemm il-wirt naturali u storiku kif ukoll lir-residenti li ilhom is-snin ibatu’ b’ impatt negattiv minn telqa kbira f’din l-istess żona.

    Bl-istess mod il-Kunsillieri Laburisti u l-membri tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Paceville, innutaw il-bidliet proposti f’dan id-dokument fejn fost l-oħrajn dan il-proġett se jkun qed iwassal għal titjib fil-pjan dwar kif isir il-bini, joħloq bilanċ bejn żvilupp u żoni pubbliċi miftuħin, bini mill-ġdid ta’ infrastruttura ġdida, tnaqqis fl-emissjonijiet minn trakkijiet u vetturi, pjani għal bini ta’ spażji ta’ parkeġġi ġodda, mod ġdid ta’ tqassim ta’ merkanzija għaż-żoni ta’ negozju u fuq kollox separazzjoni fiżika bejn żoni ta’ divertiment u oħrajn residenzjali.

    Għaldaqstant, il-Kunsillieri Laburisti mill-ġdid appellaw lill-Kunsill Lokali tagħhom biex bis-serjetà jagħmel laqgħat ta’ konsultazzjoni mar-residenti kollha biex flimkien jagħmlu proposti konkreti u pożiittivi li permezz tagħhom, ikun hemm titjib addizzjonali għall-pjan dwar Paceville u mhux jinteressahom biss li jmexxu l-aġenda tal-Partit Nazzjonalista billi jkunu negattivi fuq kull proposta li ssir akkost ta’ kollox.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0