Giampiero Ventura: "Pellé mhux ser jiġi msejjaħ man-nazzjonal …"

  • Ott 31, 2016 14:24
  • Miktub minn iNews

    Giampiero Ventura kkonferma li mhux ser isejjaħ lil Graziano Pellé għal-logħbiet li jmiss minħabba li "tappan l-isem tat-team nazzjonali Taljan".

    L-Azzurri ser jilagħbu kontra Lichtenstein f'partita ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, fit-12 ta' Novembru, imbagħad jospitaw lill-Ġermanja f'logħba ta' ħbiberija, f’San Siro fl-15 ta' Novembru.

    L-attakkant internazzjonali Taljan irrifjuta li jieħu b'idejn l-coach wara li dan ġie sostitut matul il-logħba u qal kliem offensiv indirizzat lejn il-coach Ventura.

    Meta ġie mistoqsi jekk kellimx lil Pellé, Ventura wieġeb: "Le, minħabba li r-rati għal telefonata għaċ-Ċina huma għoljin wisq. Dak li għamel Pellé kien żball, iżda wkoll wera nuqqas ta' rispett lejn il-kuluri tan-nazzjonal  u tappan l-isem tan-nazzjonal. Dak kien l-akbar żball ta' Pellé.

    Ma naħsibx li Pellé ser ikun fit-team nhar il-Ħadd li ġej. Mhux xi player żagħżugħ, iżda xorta għandu x'joffri lil Italja fil-futur."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0