L-IS joqtol aktar minn 250 persuna li rrifjutaw li jkunu tarka umana

  • Ott 30, 2016 15:16
  • Miktub minn iNews
"

    Eluf ta’ persuni ħarbu mill-bliet li jdawru lill-belt fortizza tal-Istat Iżlamiku (IS) fl-Iraq Mosul. Dan hekk kif l-operazzjoni militari kontra l-IS kompliet tiħrax. Skont in-Nazzjonijiet Uniti aktar minn 17,500 persuna ħarbu minn djarhom fil-jiem li għaddew, b’rapporti minn sorsi meqjusin bħala kredibbli jisħqu li l-IS qatlet aktar minn 250 persuna li rrifjutaw li jagħmluha ta’ tarka umana.

    L-Istat Iżlamiku qed jagħmel minn kollox biex juża lil residenti tal-belt bħala tarka umana fit-tentattiv tagħhom li jwaqqfu l-attakki mill-ajru tal-qawwiet Amerikani.

    Matul dawn l-aħħar ġimgaħtejn tal-offensiva diversi rħula ġew liberati minn taħt il-ħakma tal-IS.

    Qawwiet mill-grupp paramilitari tal-Hasheed al-Shaabi, li huwa ddominat minn milizji Shiite, u li ma kinux qed jipparteċipaw b’mod dirett fl-offensivi fuq Mosul, ilbieraħ ingħaqdu mal-qawwiet Iraqqini u bdew javvanzaw fuq il-belt ta’ Tal Afar, fuq il-Punent ta’ Mosul.

    Kelliemi għal Hashed al-Shaabi, Ahmed al-Assadi, qal li l-operazzjoni tagħhom għandha l-għan li taqta’ l-provvista bejn Mosul u Raqa. Fl-istess waqt tkun qed tgħin fil-ġlieda kontra l-Istat Iżlamiku f’Mosul filwaqt li tiġi liberata Tal Afar.

    L-involviment ta’ milizji Shiite fl-operazzjoni ta’ Mosul qajjem bosta argumenti, madankollu il-kmandanti ta’ Hashed saħqu li m’għandhom l-ebda intenzjoni li jidħlu fil-belt li fil-biċċa l-kbira tagħha hija kkaratterizzati minn Sunni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0