Xjentisti Brażiljani qed jippreparaw bil-kbir biex jeħilsu miljuni ta’ nemus imkabbrin f’laboratorji f’tentattiv biex jegħlu darba għal dejjem mard tropikali.
Il-kumpanija Brittanika Oxitec qalet li n-nemus, li ġarrab tibdiliet ġenetiċi fil-laboratorji tagħhom, mistennijin jitħalltu ma’ speċi oħrajn, fosthom l-Aedes aegypti, li jġorru l-mard li tant hawn tħassib dwaru … iz-Zika, id-dengue, u d-deni tas-suffejra.
Hemm il-pjan biex dawn in-nemus jitgħammru man-nemus infettat bir-riżultat li ġenerazzjonijiet oħrajn ta’ nemus li jfaqqsu jkollhom difett ġenetiku li jwassalhom biex imutu fi żmien qasir.
Oxitec qalet li l-fabbrika tagħha fil-belt ta’ Piracicaba, li tinsab fil-Majjistral ta' Sao Paulo fil-Brażil, kapaċi tipproduċi mas-60 miljun nemusa fil-ġimgħa.
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) tistma li mal-miljun persuna jmutu kull sena kaġun ta' gdim ta’ nemus infettat b’mard tropikali.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.