Aġġornat: Terġa’ tfeġġ il-kwistjoni tal-imejls fl-Istati Uniti ... Comey jiddefendi d-deċiżjoni tal-FBI

  • Ott 29, 2016 22:48
  • Miktub minn iNews
"

    Skont il-midja Amerikana, id-direttur tal-FBI James Comey, iddefenda d-deċiżjoni tiegħu li jaġġorna lil min jagħmel il-liġijiet fl-Amerika rigward il-mossa tal-FBI biex jerġgħu jagħtu ħarsa lejn l-użu tal-imejls minn Clinton.

    Aktar kmieni:

    Hillary Clinton ħeġġet lill-FBI biex jispjegaw mingħajr dewmien għaliex qegħdin jerġgħu jinvestigawha dwar l-użu tal-imejls. Min-naħa tagħha Clinton qalet li l-poplu Amerikan għandu dritt li jkollu l-informazzjoni kollha immedjatament.

    Fid-dawl ta’ dan, l-FBI qalu li huma għandhom imejls ġodda li għandhom x’jaqsmu mal-imejls li hija kienet bagħtet permezz ta’ server privat meta hija kienet Segretarju tal-Istat.

    Donald Trump, li huwa r-rival ewlieni ta’ Clinton fl-elezzjoni presidenzjali li se ssir fi ftit jiem oħra, iddeskriva din is-sitwazzjoni bħala l-agħar skandlu minn Watergate ’l hawn.

    Din l-informazzjoni feġġet wara investigazzjoni separata li saret fuq ir-raġel ta’ Huma Abedin, persuna li qiegħda tgħin lil Clinton fil-kampanja elettorali tagħha.

    L-iskoperta ta’ dawn l-imejls il-ġodda kienet żvelata mid-direttur tal-FBI, James Comey, permezz ta’ ittra li nhar il-Ġimgħa li għaddiet bagħat lill-Kungress Amerikan.

    Comey qal li s’issa għadu mhux magħruf is-sinifikat ta’ dawn l-imejls u għalhekk l-FBI se tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji biex b’hekk ikun magħruf jekk fihomx informazzjoni sensittiva.

    Fid-dawl ta’ dan kollu, il-kandidata tad-Demokratiċi, Hillary Clinton, qalet li hija kunfidenti li l-investigazzjoni mhix se tbiddel dak li l-FBI kienet ikkonkludiet f’Lulju li għadda. Dakinhar l-FBI kienet qalet li Clinton mhix se tkun imressqa quddiem il-ġustizzja talli użat imejl privat fi żmien meta kienet Segretarju tal-Istat. Hija kienet tokkupa din il-kariga bejn l-2009 u l-2013.

    Skont sondaġġi tal-opinjoni pubblika li saru dan l-aħħar juru li Clinton tinsab erba’ punti vantaġġ fuq Trump.

    Ritratt: REUTERS

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0