Il-President Filippin Rodrigo Duterte saħaq illum li għamel wegħda ma' Alla li se jkun qed inaddaf il-lingwaġġ vulgari tiegħu. Hekk kif wasal fil-belt fejn huwa trabba ta' Davao wara vjaġġ lejn il-Ġappun, Duterte saħaq li Alla tah ultimatum fuq l-ajruplan.
''Smajt leħen jgħidli biex nieqaf nidgħi jew inkella l-ajruplan jiġġarraf f'nofs titjira, u b'hekk għamilt wegħda miegħi nnifsi biex nieqaf,'' saħaq Duterte mal-ġurnalisti kif wasal l-ajruport.
Id-diskors vulgari ta' Duterte, kemm-il darba indirizzat lejn il-Punent, ikkontribwixxa għall-popolarità tiegħu f'pajjiżu.
Huwa indirizza lill-President Obama bħala ''iben prostituta'', sejjaħ lill-Unjoni Ewropea bħala ''ipokrita'', hedded li jitlaq min-Nazzjonijiet Uniti u aċċetta li jikkomparawh ma' Hitler, fejn saħaq li jkun kburi kieku joqtol tliet miljun persuna bil-vizzju tad-droga.
Id-dikjarazzjonijiet kollha kienu ritaljazzjoni għall-kritika dwar il-gwerra tiegħu kontra d-drogi.
Ritratt: REUTERS
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.