Putin jakkuża lil politiċi Amerikani b’isteriżmu

  • Ott 28, 2016 14:17
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President Russu Vladidmir Putin akkuża lill-politiċi Amerikani li qegħdin iqajmu isteriżmu dwar theddida Russa immaġinarja bħala manuvra biex ma jħallux lill-elettorat Amerikan jaħseb fuq il-faqar tal-kampanja elettoral presidenzjali li għaddejjin minnha qabel il-votazzjoni x-xahar id-dieħel.

    Putin, li kien qiegħed jindirizza udjenza fformata minn esperti fil-politika barranija li ltaqgħu f’Krasnaya Polyana, fin-Nofsinhar tal-pajjiż, repetutament attakka lill-amministrazzjoni tal-President Amerikan Obama u qal li din ma żammitx kelmtha dwar is-Sirja, ma onoratx ftehim u li falsament akkużat lil Moskow b’kull dnub immaġinabbli.

    Il-Gvern Amerikan kien formalment akkuża lir-Russja b’kampanja ta’ attakki cyber kontra l-organizzazzjoni tal-partit Demokratiku filwaqt li l-kandidata presidenzjali Hillary Clinton kienet xliet lir-rival tagħha Donald Trump li kien pupu ta’ Putin.

    Putin qal li ma jistax iniżżilha kif xi ħadd jasal biex jemmen li Moskow kapaċi tinfluwenza lill-elettorat Amerikan fl-għażla tal-President fl-elezzjoni tat-8 ta’ Novembru. Huwa żied li l-esteriżmu ngħata spinta f’dak il-pajjiż u li l-akkużi Amerikani li Moskow qiegħda taħdem minn taħt rigward l-elezzjoni presidenzjali, huma fil-fatt kopertura għall-fatt li l-kbarat tal-politika Amerikana mhumiex jindirizzaw problemi serji bħad-dejn nazzjonali u l-kwistjoni tal-kontroll tal-armi fl-idejn.

    L-istazzjon statali Russu kif ukoll xi kummenti li Putin kien għadda jindikaw li l-mexxej Russu jiffavorixxi lil Trump bħala President tal-Istati Uniti iżda Putin għamilha ċara li huwa ma jappoġġja lill-ebda kandidat presidenzjali u li kien lest li jaħdem u jiddiskuti kull ħaġa ma’ kull president li jiġi elett.

    Mistoqsi dwar il-kandidat Repubblikan Donald Trump li darba kien iddeskrivih bħala “li għandu talent kbir”, Putin qal li dan qiegħed jadotta stil ta’ wieħed imkabbar bih innfisu minħabba li jrid li l-messaġġ jasal lil kulħadd u li Trump jirrappreżenta l-votanti ordinarji li huma mxebbgħin bl-elite politiku Amerikan.

    Il-mexxej Russu ċaħad akkużi minn xi politiċi mill-Punent li Moskow fi ħsiebha li tattakka xi pajjiż jew li tintervjeni f’xi mkien ieħor fil-Lvant Nofsani apparti fis-Sirja. Huwa qal li dan id-diskors tal-Punent huwa mmirat biex jesaġera l-pożizzjoni tar-Russja bħala theddida biex xi pajjiżi jkollhom għalfejn iżidu fl-iżpiża militari tagħhom u politiċi jgħollu l-importanza tagħhom.

    Huwa għamilha ċara li r-Russja mhi qiegħda tippjana li tattakka lil ħadd u sostna li tinsab fis-Sirja għal żmien twil u hi l-intenzjoni ta’ Moskow li teħles il-belt ta’ Aleppo minn dik li ddeskriva bħala “bejta ta’ terroristi” filwaqt li tevita li jkun hemm vittmi ċivili.

    Ritratt: REUTERS

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0