Ajruplani Sirjani joqtlu tfal tal-iskola

  • Ott 27, 2016 18:00
  • Miktub minn iNews
"

    Skont l-Osservatorju Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem ibbażat f’Londra tal-inqas 35 persuna fosthom 16-il tfal, inqatlu fi skola f’wieħed mill-agħar attakki mill-qawwiet tal-Gvern Sirjan tul il-gwerra li ilha għaddejja ħames snin.

    Hu mifhum li sebgħa mill-vittmi huma nisa u li l-għadd tal-imwiet mistenni jogħla peress li hemm għexieren li huma midrubin sew, fosthom ukoll f’qagħda kritika. Id-direttur tal-osservatorju Rami Abdulrahman qal li l-attakk mill-ajru nhar l-Erbgħa kien fuq kumpless ta’ skola u l-inħawi ta’ madwar ir-raħal ta’ Hass, fil-provinċja ta’ Idlib fejn l-ajruplani attakkaw għal sitt darbiet. 

    L-osservatorju fl-Ingilterra akkuża lir-reġim ta’ Assad b’dan l-attakk għalkemm ma setgħux jiddistingwu bejn ajruplani Sirjani u Russi. Madankollu kemm il-qawwiet Sirjani kif ukoll dawk Russi kemm-il darba ġew akkużat li attakkaw qagħdiet ċivili, sptarijiet u skejjel fi-kontroll tar-ribelli. Nies tas-salvataġġ qalu li l-attakki seħħew hekk kif it-tfal kienu ħerġin mill-iskola meta f’dak il-ħin kien hemm madwar 50 student quddiem il-bieb ta’ barra.

    L-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti tat-tfal UNICEF ddeskriviet dawn l-attakki bħala att kriminali ta’ gwerra u li l-attroċità tal-bieraħ kienet l-agħar waħda minn mindu bdiet il-gwerra aktar minn ħames snin ilu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0