Bil-filmat: ''Iridu jidraw il-falliment''

  • Ott 27, 2016 13:56
  • Miktub minn iNews

    126 student Malti b'ħolma intraprenditorjali jitlaqqgħu f'seminar 

    L-aqwa 126 student f'Malta fil-matematika, l-istudji tan-negozju u l-informazzjoni teknoloġika fl-aħħar sena tas-sekondarja mill-iskejjel kollha ngħaqdu għal seminar organizzat mill-Awtorità tal-Komunikazzjoni (MCA) bl-għan li jtejbu l-ħiliet kreattivi u intraprenditorjali tagħhom. 

    Għadd ta' intraprendituri ta' suċċess u li minn Malta laħqu livelli globali attendew l-attività ''Budding Rockstars'' u għaddew il-messaġġ tagħhom lil dawn l-istudenti. 

    Il-qofol tal-attività u l-iktar parti li offriet sfida lil dawn iż-żgħażagħ kienet dik immexxija mill-Istitut ta' Edward De Bono. Hawn l-istudenti ngħataw kelma waħda partikolari, u li minnha riedu jiżviluppaw idea ta' intrapriża. L-istess studenti mbagħad kellhom jivvutaw għall-aktar ideat tajbin biex l-istudenti li kisbu l-aktar voti imbagħad ġew mistiedna jiddefendu l-idea tagħhom u jelbaoraw dwarha quddiem numru ta' ġudikanti. 

    Meta tkellem ma' inewsmalta.com, Reinhold Karner li jmexxi kumpanija multi-milljunarja tat-teknoloġija, u li attenda s-seminar biex jagħti l-pariri tiegħu dwar intraprenditorija ta' suċċess, qal li l-ewwel ħaġa li ried jgħallem lill-istudenti hija li jitgħallmu jassorbu l-falliment. Xi ħaġa li huwa jaf sewwa dwarha hekk kif wara 21 sena ta' negozju huwa falla u jistma' li tilef madwar €100 miljun. Tkellem dwar il-perseveranza u l-abbiltà li wieħed jiġġieled miegħu nnifsu biex jegħleb falliment wara l-ieħor u l-bibien magħluqin. 

    Illum iżda l-intraprenditur Awstrijak, li jqatta' ħafna mill-ħin tiegħu f'Malta, jinsab lura fuq saqajh. L-appell tiegħu għal żgħażagħ li jridu jwelldu l-intrapriża tagħhom huwa li ma jiffukawx fuq il-flus u l-enerġija tagħhom jużawha biex jindukraw il-kumpanija, ikabbruha u jiżviluppawha bl-aħjar mod. "Il-flus isiru bħala parti mill-proċess," qal. 

    Kemm il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, kif ukoll il-Ministru għall-Kompetittività u l-Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi, Manuel Mallia, attendew is-seminar ''Budding Rockstars''.

    Filmat: ANDREA SACCO BALDACCHINO

    Ritratt: KEVIN ABELA (DOI)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook