L-ordinazzjoni ta' ħames djakni

  • Ott 26, 2016 14:43
  • Miktub minn iNews

    Tliet seminaristi u żewġ patrijiet Franġiskani se jiġu ordnati djakni mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Ottubru, 2016, waqt Quddiesa li tibda fis-6.00 p.m., fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. 

    Ser jiġu ordnati djakni: Sinclair Bugeja mill-Parroċċa tal-Familja Mqaddsa, l-Iklin, Clive Camilleri O.F.M., Ramon Farrugia O.F.M. u Ryan Lee Pace mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira, u Mark Spiteri mill-Parroċċa ta’ San Filep ta’ Aġġira, Ħaż-Żebbuġ. 

    Permezz tal-Ordinazzjoni, id-djakni l-ġodda isiru xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ''djaknu'', jiġifieri qaddej ta’ kulħadd. Id-dmirijiet tad-djaknu huma li l-ewwel u qabel kollox jiddedika ħajtu għal qadi bl-imħabba (djakonija) fis-servizz tiegħu lejn il-poplu, jassisti lill-Isqof u lis-saċerdoti fiċ-ċelebrazzjoni tal-misteri qaddisa, l-aktar tal-Ewkaristija, jamministra s-sagrament tal-Magħmudija, jassisti għaż-żwieġ u jbierku, ixandar l-Evanġelju u jippriedkah u jmexxi funerali. 

    Il-komunità tas-Seminarju flimkien mal-Ordni tal-Patrijiet Franġiskani jħeġġu lil kulħadd biex jitlob b'mod speċjali għal dawn id-djakni ġodda u għal żgħażagħ oħrajn li huma msejħa biex jimxu wara Ġesù fil-ħajja saċerdotali jew reliġjuża.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0