Il-bastiment li għeb seta' kien mgħarraq

  • Lul 17, 2012 14:12
  • Miktub minn
"

    Għalkemm b'mod uffiċjali mhux jiġi konfermat xejn, jidher li d-diversi forzi tas-sigurtà li qed ifittxu għal dan il-bastiment huma tal-fehma li dan tgħarraq biex ma jkunx lokalizzat.

    Jidher li l-bastiment Fatima II, li ilu nieqes minn nhar il-Ġimgħa filgħaxija kien għaddej b'9 knots f'dik li hi veloċità, xi ħaġa li tagħmilha impossibbli li jibqa' ma jkunx lokalizzat wara l-jiem li għaddew.

    Sa issa għad m'hemm ebda aħbar dwar il-kaptan tal-bastiment Gianluca Bianca, u erba membri tal-ekwipaġġ li aktarx huma Afrikani.

    Ftit ilu ħareġ dikjarazzjoni l-uffiċjal responsabbli f'Portopalo di Capo Passero, Giovanni Maiorana li qal li "probabilment li l-bastiment tgħarraq".

    It-tlett baħrin Sqallin, mistennija li jaslu fl-ajruport ta' Fiumicino fis-siegħat li ġejjin. Dwar dan il-każ hemm inkjesta, bil-forzi armati ta' diversi pajjiżi inkluż dawk Maltin infurmati biex ikunu fuq alert.

    It-tlett baħrin Taljani spiċċaw abbandunati fuq ċattra f'nofs il-baħar Mediterran, hekk kif inqalgħet kwistjoni fuq il-bastiment bejn xi baħrin fejn anke instemgħu xi sparaturi.

    Aktar kmieni llum

    Il-każ tal-bastiment Fatima II baqa' ma kellu ebda żblokk, bil-Forzi Armati ta' Malta jgħidu lil inewsmalta.com li sa issa bħala AFM ma kinux involuti b'mod dirett. Iżda, huma kienu mgħarrfa biex iżommu għajnejhom miftuħa għal li jista’ jkun jiltaqgħu ma' dan il-bastiment.

    Dan il-bastiment, li qed ikun deskritt bħala 'potenzjalment perikoluż', għeb fl-aħħar jiem u tliet sajjieda li kienu fuqu nstabu fuq ċattra wara li kienu abbandunati minn membri oħra tal-ekwipaġġ.

    Il-tfitxija fil-Mediterran għal dan il-bastiment għadha għaddejja.

    Kollox jidnika li dan il-bastiment telaq minn Porto Palo fi Sqallija nhar il-Ġimgħa filgħaxija. Minn dakinhar 'l hawn dan il-bastiment ma deherx aktar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1