Pazjenti f’Aleppo mhux se jiġu evakwati

  • Ott 25, 2016 15:00
  • Miktub minn iNews
"

    In-Nazzjonijiet Uniti abbandunat pjani biex tevakwa pazjenti minn sptar fil-Lvant ta’ Aleppo li tinsab maħkuma mill-ġellieda ribelli kontra l-gvern Sirjan. Il-pjani kienu li joħorġu l-pazjenti waqt li bħalissa hemm waqfien mill-ġlied iżda skond in-Nazzjonijiet Uniti dawn ġew abbandunati minħabba li l-partijiet kollha fil-ġlied kienu qegħdin jostakolawhom.

    Uffiċjali qalu li l-ostakli jinkludu d-dewmien ta’ ħruġ tad-dokumenti tal-approvazzjoni mill-awtoritajiet lokali fil-Lvant ta’ Aleppo, kundizzjonijiet imposti minn gruppi armati non-governattivi u l-oġġezzjoni mill-Gvern Sirjan li jitħallew jidħlu provvisti medikali u ta’ għajnuna f’dik il-part tal-belt.

    Is-Sotto Segretarju Ġenerali għall-Affarijiet Umani u ko-ordinatur tal-operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Stephen O’Brien qal li l-ebda pazjenti jew membri tal-familji ma ġew evakwati tul il-waqfien mill-ġlied implimentat mir-Russja wara l-attakki mill-ajru u sparar qalil mill-art.

    Sadanittant il-Ministru tad-Difiża Russu qal li l-ajruplani tagħhom u tas-Sirja ma wettqu l-ebda attakk fuq Aleppo tul dawn l-aħħar sebat ijiem. Din l-istqarrija tikkontraddixi rapporti minn spetturi internazzjonali li jsostnu li l-inħawi ta’ barra tal-belt ilhom jiġu bbumbardjati mis-Sibt li għadda.

    Major General Igor Konashenkov qal fi stqarrija li l-ajruplani tagħhom lanqas biss resqu lejn il-belt assedjata f’dawn l-aħħar sebat ijiem. 

    Sitt mogħdijiet umanitarji fil-Lvant ta’ Aleppo li nfetħu bħala parti mill-waqfien mill-ġlied biex nies ċivili jkunu jistgħu jitilqu mill-belt, għadhom joperaw tant li tard it-Tnejn bil-lejl 48 mara u tfal nħarġu mill-belt  skortati minn uffiċjali militari Russi.

    Ir-Russja repetutament ilmentat li l-isforzi tagħha biex tgħin fl-evakwazzjoni kienu mxekklin minn militanti li skond uffiċjali tal-armata  kienu jiftħu n-nar fuq kull min jipprova jaħrab mill-belt assedjata.

    Ritratt: REUTERS

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0