TTD 2018 - Wirja konvinċenti mill-Ġermanja

  • Ott 08, 2016 22:47
  • Miktub minn iNews
"

    Fit-tielet programm tat-tieni ġurnata tar-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja, 2018, iċ-champions renjanti, il-Ġermanja, daħlu fix-xena billi rreġistraw rebħa komda fuq ir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 3-0.

    Grupp C - Il-Ġermanja, telgħu fil-quċċata ta’ dan il-grupp b’rebħa ta’ 3-0 fuq ir-Repubblika Ċeka b’goals minn Thomas Muller (13, 65) u Toni Kroos (59).

    Azerbaijan irreġistraw is-sorpriża tal-ġurnata meta għelbu lin-Norveġja bl-iskor ta 1-0 għalkemm dawn tal-aħħar gawdew ħafna mill-pussess tal-ballun.

    Il-goal importanti wasal minn Maksim Medvedev (11) biex b’din r-rebħa l-Azeri telgħu fit-tieni post tal-klassifika.

    Fil-logħba l-oħra l-Irlanda ta’ Fuq għelbu lil San Marino 4-0, bl-iskorers ikunu Steven Davis (26 pen), Kyle Lafferty (79, 90) u Jamie Ward (85).

    Grupp E - Fiż-żewġ partiti li ntlagħbu wara nofs in-nhar, ir-Rumanija u l-Montenegro kisbu rebħa identika ta’ 5-0 fuq l-Armenja u l-Kazakhstan rispettivament.

    Ir-Rumeni ħadu vantaġġ kmieni minn Bogdan Stancu (4 pen), Adrian Popa (10) u Razvan Marin (12) biex imbagħad Nicolae Stanciu (29)  u Alexsandru Chipciu (59) issiġillaw ir-rebħa. L-Armenja kellhom lil Gor Malakyan (3) imkeċċi.

    Min-naħa tal-Monteneg­ro, il-ħames goals ġew skor­jati minn Zarko Tomasevic (24), Nikola Vukcevic (59), Stevan Jovetic (64), Fatos Beciraj (73) u Stefan Savic (78).

    Il-Polonja rebħu lid-Danimarka 3-2 b’hat-trick ta’ Robert Lewandowski (20, 36 pen, 48) bid-Daniżi jwieġbu minn auto-goal ta’ Kamil Gilik (49) u Yussuf Poulsen (69).

    Grupp F - Fil-grupp tal-Maltin, f’darhom l-Iskozja sfaw miżmuma bl-iskor ta’ 1-1 mil-Litwanja li għalihom skorja Fedor Cernych (59) filwaqt li James McArthur (89) irrisponda għall-Iskoċ­ċiżi.

    Fil-logħba l-oħra, is-Slo­venja ospitaw lis-Slovakkja u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal jasal minn Rok Kronaveter (74).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0