It-Turkija għadha kemm ipprojbixxit il-mediċina Misoprostol, li tintuża għall-abort mill-ispiżeriji biex b'hekk tnaqqas aktar l-aċċess lil dawk li jkunu jridu jagħmlu abort.
Dan seħħ hekk kif it-Turkkija qed tipprepara li tagħmel l-abort illegali. Permezz ta' din il-mediċina n-nisa kienu jabbortixu l-fetu tagħhom mingħajr il-bżonn ta' operazzjoni.
Fit-Turkija l-abort huwa legali sa għaxar ġimgħat tqala. Din il-liġi ilha fis-seħħ mill-1983. F'Mejju li għadda l-Prim Ministru Tayyip Erdogan iddikjara li l-abort huwa qtil. Minn dak iż-żmien il-gvern Tork beda jipprepara liġi li tiprojbixxi l-abort billi jirristrinġuh għall-erba' ġimgħat tqala. F'dan iż-żmien ikun hemm nisa li lanqas biss ikunu għadhom indunaw li huma tqal. Fi bliet differenti madwar il-pajjiż ħafna nisa Torok ħarġu jipprotestaw kontra din il-liġi.
Skont il-World Health Organisation, il-Misoprostol hija mediċina li tista' tintuża biex tħeġġeġ abort spontanju sa' disa' ġimgħat tqala. Din il-mediċina tinsab fil-lista tal-WHO tal-aktar mediċini essenzjali minħabba l-użu tagħha fl-ostetriċija u ġinekoloġija. Għalkemm din il-mediċina tista' tintuża biex tħeġġeġ korriment, hi mediċina li tintuża wkoll biex twaqqaf emoraġija post-partum. Emoraġija post partum hija meta mara tara ħafna demm wara li twelled. Din il-kundizzjoni twassal għall-25 fil-mija tal-imwiet post-partum fid-dinja.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.