Jiggradwaw is-service dogs wara xhur ta' taħriġ

  • Ott 04, 2016 14:34
  • Miktub minn iNews

    Waqt iċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni organizzata mill-Malta Service Dogs Foundation, Ialta u Jack  ingħataw iċ-ċertifikat ta’ service dogs wara xhur sħaħ ta’ taħriġ. Waqt id-diskors tagħha, is-Segretarju Parlamentari ferħet u rringrazzjat lill-Malta Service Dogs Foundation tax-xogħol kollu li tagħmel u qalet li s-servizz li jagħtu dawn il-klieb se jkun strumentali biex il-persuni li jibbenefikaw mis-servizzi tagħhom jgħixu mhux biss ħajja iktar kwalitattiva iżda wkoll ħajja iktar sigura. Dr Caruana żiedet li fejn qabel il-service dogs kienu jiġu assoċjati mal-persuni neqsin mid-dawl, illum it-taħriġ u s-servizz ġew estiżi għal aktar kundizzjonijiet, fosthom in-nuqqas ta’ smigħ, l-awtiżmu u saħansitra d-dijabete.

    Dr Caruana qalet li dan il-gvern jemmen ħafna fl-empowerment tal-persuni u kien għalhekk li fil-budget li għadda tnieda programm li appuntu jismu Empowerment Programme li huwa fond biex wieħed ikun jista’ japplika għall-fondi sabiex jgħix ħajja iktar indipendenti u kwalitattiva. Dan iwassal għal iktar inklużjoni u parteċipazzjoni f’kull livell u aspett tas-soċjetà mill-persuni b’diżabilità. ‘‘Flimkien ma’ liġijiet apposta u miżuri għal aktar aċċessibilità, dan il-gvern ma jieqaf qatt jesplora u jappoġġja kull inizjattiva biex isaħħaħ id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità għal ħajja iktar dinjituża u indipendenti fi ħdan is-soċjetà’’, saħqet Dr Caruana.

    Is-Sur Joseph Stafrace f’isem il-Malta Service Dogs Foundation esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-eżitu tat-taħriġ ta’ dawn il-klieb u fisser kemm l-irwol tagħhom huwa importanti fil-ħajja ta’ min għandu kelb-gwida. Huwa spjega li t-taħriġ kien intensiv u rringrazzja lit-trainers kollha kif ukoll lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ikkontribwew għal dan is-suċċess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0