Smokie f’Ħal-Għaxaq

  • Lul 16, 2012 14:25
  • Miktub minn

    Il-pika bejn iż-żewġ festi f’Ħal-Għaxaq qiegħda tinżel għasel mad-dilettanti tal-mużika. Dan hekk kif għall-attivitajiet annwali tagħhom, fil-jiem ta’ qabel il-festa, iż-żewġ każini qegħdin jagħmlu minn kollox biex jiġbdu lejn Ħal-Għaxaq artisti rinomati. Wara li f’Mejju li għadda tal-każin ta’ San Ġużepp ġabu lil Thomas Anders, tal-Modern Talking, fil-ġimgħat li ġejjin ta’ Santa Marija se jġibu lill-grupp Smokie.

    Id-dettalji tal-Għaxaq Music Festival mistennija jitħabbru fis-sigħat li ġejjin. Iżda, kif anke jixhed materjal pubbliċitarju li diġà ħareġ, se jkun qiegħed jinġieb Malta il-grupp Smokie.

    Smokie huwa grupp mill-Ingilterra li kiseb l-ikbar suċċessi tiegħu fis-snin 70 u l-kunċert tagħhom f’Ħal-Għaxaq mistenni jattira l-eluf. Smokie diġa’ kienu Malta fis-snin li għaddew

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0