Iċ-“Charity Breast Squeeze”! Qatt smajtu biha?

  • Diċ 10, 2012 14:52
  • Miktub minn
"

    Hekk kif tisma’ b’din l-attività ta’ ġbir ta’ fondi għal kawża ġusta, jew tixxokkja ruħek, jew inkella tilqagħha b’entużjażmu kbir.

    Li huwa żgur hu li din l-attività se tiġbed ħafna attenzjoni minn madwar id-dinja! Dan kollu seta’ kien wara l-idea ta’ ġbir ta’ fondi b’differenza mtella’ minn stazzjon Ġappuniż pornografiku.

    L-istazzjon pornografiku Ġappuniż Paradise TV ħareġ bl-attività “Charity Breast Squeeze” bħala parti mill-kampanja “Erotica Will save the World”. Avveniment ta’ 24 siegħa li seħħet fil-25 ta’ Awwissu f’Tokjo. Il-flus kollha li nġabru waqt din l-attività ngħataw lil STOP!AIDS, organizzazzjoni li l-għan tagħha huwa li tippromwovi l-ħarsien, trattament u prevenzjoni kontra l-marda tal-AIDS.

    X’jiġri eżatt waqt din l-attività?

    Wara li tagħti donazzjoni fi flus u taħsel sew idejk, parteċipanti fuq l-età ta’ 18-il sena huma ntitolati għal għafsa b’xejn tas-sider “benfatt” ta’ waħda mill-għaxar pornstars li jkunu fis-sala. Parteċipant huwa intitolat għal żewġ għafsiet kull sider. Jekk donaturi jixtiequ jagħfsu aktar, sempliċi, ikollhom bżonn jagħtu aktar donazzjonijiet fi flus.

    Jekk immorru n-naħa l-oħra tad-dinja, fl-2011, kaos sħiħ tqajjem fl-Ingilterra meta tim tal-għawm tan-nisa ddeċidew li joħolqu kalendarju ta’ ritratti tagħhom mingħajr ħwejjeġ fl-Università ta’ Portsmouth bħala mod biex jinġabru fondi bil-bejgħ ta’ dawn il-kalendarji. Din l-attività ma tantx intlaqgħet tajjeb bħal dik fil-Ġappun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2