Il-FAM fuq alert wara għajbien ta’ bastiment

  • Lul 16, 2012 13:25
  • Miktub minn
"

    Il-Forzi Armati ta’ Malta ilhom għal dawn l-aħħar sigħat fuq alert. Dan wara li l-awtoritajiet Taljani infurmawhom li għeb bastiment li hu bbażat f'Porto Palo. Dan il-bastiment bl-isem ta' 'Fatima II' kellu fuqu tliet sajjieda u l-kaptan. Is-sajjieda instabu ftit sigħat ilu biss, fuq ċattra. Għad m'hemm ebda ħjiel ta' fejn jinsab il-bastiment u l-kaptan tiegħu. Dan il-każ qiegħed iqajjem ħafna suspetti dwar x’setgħet kienet l-attività li hu involut fiha dan il-bastiment tas-sajd.

    Kollox jindika li dan il-bastiment telaq minn Porto Palo fi Sqallija nhar il-Ġimgħa filgħaxija. Minn dakinhar 'l hawn dan il-bastiment ma deherx aktar.

    Jidher li wieħed mis-sajjieda irnexxielu jagħmel kuntatt bit-telefon mal-qraba tiegħu fi Sqallija. Kien permezz ta’ hekk li kienet intraċċata ċ-ċattra. Is-sajjieda irrakkontaw stejjer mimlija misteri. Qalu li kienu maqfulin taħt il-vapur. Jidher li dak il-ħìn semgħu ilħna aġitati u anke xi tiri. Meta sgassaw il-bieb u ħarġu minn fejn kienu maqfulin sfaw mhedda minn persuni barranin li tefgħuhom fuq ċattra u telquhom għal riħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1