Muscat ineħħi t-taxxa fuq il-paga minima fl-ewwel baġit

  • Diċ 05, 2012 20:59
  • Miktub minn

    F’konferenza tal-aħbarijiet wara li tkellem fil-Parlament il-Kap tal-Oppożizzjoni, Joseph Muscat, spjega kif il-Partit Laburista jrid is-serħan il-moħħ u għalhekk qiegħed jimpenja ruħu li jekk nhar it-Tnejn il-vot tal-baġit ma jgħaddix il-Partit Laburista jibda l-kampanja elettorali tiegħu wara l-Milied.

    Joseph Muscat qal li huwa wkoll għax il-Partit Laburista li jrid is-serħan il-moħħ li ddeċieda li jżomm il-qafas ta’ dan il-baġit. “Dan qed nagħmluh biex tkun taf fejn se tkun qiegħed is-sena d-dieħla, liema taxxi se tħallas jew liema programmi tista’ tapplika għalihom,” qal Muscat.

    Wiegħed li jekk Partit Laburista jkun fdat bil-fiduċja jneħħi t-taxxa minn fuq dawk li jaqilgħu paga minima. “Għalina dak huwa pass ieħor lejn il-ġustizzja soċjali,” qal Muscat li sostna li din issir fl-ewwel baġit ta' gvern Laburista.

    Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet Joseph Muscat insista li l-gvern għandu jkun iġġudikat fuq ħames snin u mhux biss dan il-baġit. Huwa għalhekk, qal Muscat, li fakkar fin-numru kbir ta’ riformi li fallew.

    Reazzjoni Tonio Fenech: Intant, il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech qal li l-Partit Laburista qiegħed jagħmel kwistjoni mix-xejn - storm in a tea cup - f'din il-kwistjoni tal-paga minima. Mistoqsi jekk jikkunsidrax li din it-taxxa titneħħa Fenech wieġeb li Joseph Muscat ma qalx kif se ssir. Fenech żied li l-gvern ikollu għażliet x'jagħmel u l-familji fuq paga minima kienu mgħejuna mod ieħor. Intant, Fenech ikkritika lil Muscat għax ma żvelax kif se jraħħas il-kontijiet tal-enerġija.

    SEGWI HAWN IL-PUNTI EWLENIN MID-DISKORS TA' MUSCAT

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Diċ 05, 2012

    proset joseph tidher li ser tkun mexxej tajjeb u proset li kxift l ittri a

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 06, 2012

    Id-Diskors ta'Joseph Muscat kien stampa cara tar-realta' li qed jahbi GonziPN. Wara sitt xhur jaghjru il-PL anki bil-billboard li Joseph ser jiffriza il-minimum wage, GonziPN marru oltr

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 06, 2012

    Grazzi Joseph dwar il minimum wage serahtli rasi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 18, 2013

    hello it taxxa tal minimu kemm trid taq

    Irrispondi