Il-kunflitt fis-Sirja: ġlied kbir f'Damasku

  • Lul 16, 2012 12:23
  • Miktub minn

    Skont rapporti fil-midja internazzjonali f'Damasku, il-kapitali Sirjana qed ikun hemm fost l-agħar ġlied minn meta beda l-kunflitt.

    Il-forzi tal-gvern qegħdin jattakkaw lil Free Syrian Army. Dan il-ġlied qiegħed iseħħ hekk kif ftit tal-jiem oħra l-mibgħut speċjali tal-Ġnus Magħquda, Kofi Annan se jkellem lill-mexxejja Russi biex jagħmlu pressjoni fuq Damasku. Annan mistenni jikkonvinċi lil Lavrov biex jipperswadi lill-awtoritajiet Sirjani jibdew transizzjonijiet politiċi.

    Hekk kif tkellem qabel iż-żjara ta' Annan, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, Segey Lavrov qal li l-Punent irid li r-Russja tappoġġa riżoluzzjoni fuq is-sanzjonijiet jew inkella jirrifjutaw li jestendu l-mandat ta' osservatur lir-Russja. Huwa qal ukoll li mhux sew il-l-pressjoni biex jitwaqqaf il-kunflitt għandha titpoġġa biss fuq il-gvern tal-President Bashar al Assad imma trid titpoġġa fuq l-Oppożizzjoni wkoll.

    L-International Committee of the Red Cross (ICRC), qalet li l-kunflitt eskala għall-gwerra ċivili. F'termini ta' liġi dan ifisser li l-ġellieda fis-Sirja kollha issa huma suġġetti għall-Konvenzjoni ta' Geneva u jistgħu jiġu mressqa fuq krimini ta' gwerra fil-futur.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook