L-elezzjoni fl-ewwel xhur tas-sena - PM

  • Diċ 02, 2012 12:06
  • Miktub minn

    “Jgħaddi jew le l-baġit l-elezzjoni se tiġi. Bħalissa mhux se nintrabat b’data iżda żgur li fl-ewwel xhur tas-sena. Li huwa żgur huwa li jekk ma jgħadix il-baġit ċertu miżuri mhux se jidħlu fis-seħħ. Jagħmlu x’jagħmlu tal-PL ma jistgħux ikunu kredibbli fuq ħafna wegħdi li qegħdin jagħmlu. Jekk ma jgħaddix il-baġit jien inxolji l-Parlament u mmorru għal elezzjoni ġenerali.”

    Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi f'intervista li xxandret fuq Radio 101 illum.

    Kif kien mistenni l-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar l-elezzjoni ta' viċi kap tal-Partit. Gonzi rringrazzja kemm lil Simon Busuttil u lil Tonio Fenech talli ppreżentaw irwieħhom għal elezzjoni fi ħdan il-partit.

    “Jien nifraħ lil Simon u lil Tonio nirringrazzajh għall-impenn tiegħu, mhux biss tul din il-kampanja, iżda tul din il-leġiżlatura kollha. Dak li seħħ nhar il-Ġimgħa kien li biddilna waħda mill-karigi l-aktar importanti u għalhekk resqin lejn l-elezzjoni ġenerali, b’partit rinovat u frisk. Ħriġna aktar b’saħħitna b’dan it-tibdil,” qal Gonzi.

    Huwa tkellem dwar kif bħalissa l-istħarriġ qegħdin juri li hemm distakk bejn il-PL u l-PN, “però dawn is-sondaġġ huma ritratt ta’ dik iċ-ċirkostanza partikolari u dak jista jinbidel ftit wara,” kompla l-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

    Huwa żied jgħid li għalhekk quddiemna għandna għażla, “u l-elettorat jaf li l-PN iġib il-bidla filwaqt li l-PL jeħodna lura fl-mgħoddi,” kompla l-Prim Ministru.

    “Il-PL qiegħed jipproponi l-bżieżaq tas-sapun filwaqt li mal-PN taf fejn qiegħed,” kompla Gonzi. Huwa żied jgħid li l-Gvern immexxi mill-PN ta kull ma felaħ għall-edukazzjoni ta’ uliedna. Gonzi kompla jgħid li l-PL ħsiebu biex jissussidja f’affarijiet li ma jrendux lura lill-ekonomija. Qal li l-poplu għandu joqgħod attent għax meta tagħżel Gvern se tagħżlu għal ħames snin, u ħames snin huma ħafna għal edukazzjoni tat-tfal tagħna.

    Qal li l-PN mhuwiex xi partit li jappella għal xi klassi partikolari, iżda jappella għal kulħadd. Kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xogħol u anke orjentazzjonijiet sesswali. Tkellem dwar l-IVF fejn qal li issa li l-liġi għaddiet se jibda jingħata dan is-servizz b’xejn lil kulħadd.

    Il-Prim Ministru qal li f’Malta inħolqu 20,000 impjieg ġdid għalkemm f’pajjiżi oħrajn hemm il-problemi. Iżda Gonzi qal li xorta ma għandiex għax inkunu kuntenti għax hemm min ilu jfittex ix-xogħol u fil-fatt hawn 7,000 ruħ bla xogħol.

    Tkellem dwar il-baġit u qal li dan il-baġit se jkun ifisser li s-sena 2013 se tkun waħda diffiċli. Qal li meta saret ir-riforma fit-Tarzna ma kinitx faċli, iżda għall-pajjiż kien jaqbel għax it-Tarzna kienet qed tixrob ħafna flus. Qal li dik kienet għażla responsabbli avolja ma kinitx popolari. L-istess għall-Air Malta.

    Qal li dawn id-deċiżjonijiet wasslu biex f’dan il-baġit ħa deċiżjonijiet tajbin, fosthom żieda fiċ-Children’s Allowance, u tnaqqis ft-taxxa. Min-naħa l-oħra Gonzi kkritika l-fatt li Muscat qal li se jżomm affarijiet li fih il-baġit u mbagħad se jivvota kontra.

    Qal li jekk il-baġit jgħaddi jew le, xorta waħda din il-leġiżalatura hija lesta. “Anke l-Laburisti jafu x’għamilna f’dawn il-ħames snin għax il-postijiet tax-xogħol tgawdew kemm minn familji Laburisti u anke Nazzjonalisti,” kompla Gonzi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 16

  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    Min irid jgħajjjar lil PL li mhux kredibbli wkoll!!! Dawn ok jew???

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    Gonzi huw l-personifikazzjoni ta' dak il-kliem: " Jekk GIDBA tibqa tirrepetiha, fl-ahhar titwemmen " ! Rega rrepeta l-GIDBA tal- 20,000 impjieg gdid !

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    IGGUDIKAWNI FUQ DAK LI NAGHMEL U MHUX FUQ DAK LI NIGHD. HEKK SE NAGHMEL JIEN SUR GONZ FUQ L-ERBA SNIN MARTIRJU LI GHADDEJTNI RIGWARD FEJN JIDHOL INSIB. WEDTNI IL-HMAR U UREJTNI ID-DEBBA.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    naqbel mieghek Eddy, dak jghidulu brainwash. Il-PN b'din it-tip ta strategija qarrieqa jmexxi.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Fra 12, 2012

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    ghaziz eddy huwa veru li nholqu 20000 impjieg gdid din h

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    Sur Sefan ser iddum idahak nies biek u tejd l int adek ma tafx se tamel aqbad u ejdilna l int azzjonalist u daqsekk il kummentri tieghek juru x int jekk trid tivotta lej

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    Lil Stefan Abdilla nitolbu jispjegali kif inholqu l-20,000 impjieg u jaghtini breakdown. Nistaqsi kif l-Economic Survey li hareg il-Partit tieghu qed jindika li inholqu biss 3,400 job biss. Kemm minnhom hum

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    Stefan Ogett iehor tista tejdli fejn huma dawn l 20000 elf impjieg ghax la l Union Europeja u l anqas lis statitika ma taf bihjom dawn ara kemm in vera Nazzjonalist u ma tafx fejn ser tivvotta kun Ragel MAN u tkellem bl onesta

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    min qal li jien nazzjona

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    Stefan abdilla sarulu zewg domandi fuq l-20,000 u baqa sieket. Jekk dak li ghidt trid tkun kredibbli ippubblika l-ID Card No tieghek!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    Franco Debono nehha l-kummenti tieghu tal-lum u tal-bierah. Tafu b'xi haga ghaliex ghamel hekk ?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    sur stefan,ghandek ragun tisthi tghid li int nazzjonalist,aghax il pn ma tantx ghandu biex jiftahar, u aghmlilna pjacir tibqax tghid li int laburist, ghax il laburisti jafu diga lil min ser jivvotaw

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    trid tkun Einstein biex tkun taf li jekk ma jghaddix il-Budget l-elezzjoni ssir jew f'Jannar, jew Frar jew il-bidu ta' Marzu !

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    Stefan Abdilla: Mela int temmen il-GUDEB ta' Gonzi meta ma jghidlekx id-dettalji ta' kif u fejn inholqu 20,000 elf impjieg gdid. aqt li ma temmnx lil ufficju tal-istatistika tal-gvern stess li ssemmi madwar 4,000 impjieg gdid !

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    lil joseph,carmel u eddy jien m

    Irrispondi