Responsabbiltà tal-gvern li jara li l-baġit jgħaddi - Muscat

  • Diċ 02, 2012 09:50
  • Miktub minn
"

    “Gvern ġdid ikun min ikun, biex jippreżenta baġit ieħor ikollu jerġa' jibda n-negozjati mal-Unjoni Ewropea. Ma jistax ikollna sitwazzjoni fejn sa Mejju li ġej inkunu għadna bla baġit. Dan ikun ifisser li f'Mejju nkunu qegħdin niddiskutu dak li suppost ikun sar f'Jannar u x'ħin inkunu lestejna nibdew in-negozjati għal Novembru ta' wara.”

    Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat f'intervent telefoniku li għamel fuq ONE radio, waqt li kien qiegħed jispjega l-pożizzjoni li ħa l-Partit Laburista fuq il-baġit li għadu kemm kien ippreżentat. “Hija r-responsabbiltà tal-gvern ili jara li l-baġit jgħaddi u mhux tal-Oppożizzjoni,” żied Muscat.

    Il-Mexxej Laburista żied jgħid li min qiegħed jgħid li l-pożizzjoni tal-Partit Laburista dwar il-baġit mhix korretta huwa żbaljat għax hija l-aktar pożizzjoni korretta.

    “Dan il-baġit ħaseb f'kategorija waħda tas-soċjetà. Jien m'għandiex viżjoni ta' gvern li nieħu lil xi ħadd dak li jkun akkwista. Imma għandna naħsbu fil-kumplament tas-soċjetà. Dak ikun xogħolna fl-ewwel baġit,” kompla l-Kap tal-Oppożizzjoni.

    Muscat semma li kien hemm numru ta' affarijiet bħaż-żieda fil-fjuwil, gass u sigaretti li għolew immedjatament kif inqara l-baġit għalkemm dan għadu lanqas biss għadda. “U issa Lawrence Gonzi qed ibeżża' lin-nies li jekk il-baġit ma jgħaddiex mhux se jieħdu ż-żieda mill-bidu ta' Jannar. Dan huwa aġir partiġjan. Kif kien hemm mod kif iż-żidiet fil-prezzijiet għolew mill-ewwel għandu jinsab mezz kif anke ż-żieda għall-għoli tal-ħajja tittieħed mill-ewwel. Dan huwa mod li bih il-gvern Nazzjonalista qed jipprova jilgħab logħba partiġjana bil-futur tagħkom,” żied jgħid Muscat.

    Il-Mexxej Laburista qal li gvern ġdid immexxi minnu se jkun qiegħed jieħu l-passi kollha biex jiżgura li l-miżuri li kienu proposti fil-baġit jingħataw immedjatament u b'lura mill-1 ta' Jannar.

    “Kieku warrabna l-baġit konna nagħtu aktar lok għall-spekulazzjoni, u aktar irresponsabbiltà,” temm jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    7