Baġit li ma laħaqx l-aspettativi tagħna - GWU

  • Diċ 01, 2012 11:55
  • Miktub minn

    Il-Kunsill Nazzjonali tal-GWU ddikjara li l-Baġit 2013 ma laħaqx l-aspettattivi tal-GWU filwaqt li njora proposti meqjusa essenzjali għat-titjib tal-livell tal-għixien tal-familji Maltin u Għawdxin.

    Din kienet il-pożizzjoni li kienet addottata unanimament fi tmiem laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali tal-GWU fejn kienu diskussi u analizzati l-miżuri tal-baġit ippreżentat mill-Ministru tal-Finanzi nhar l-Erbgha li għadda.

    Il-GWU qalet li tesprimi diżappunt li l-Gvern qed jitfa' fid-dubju l-għoti taż-żieda tal-għoli tal-ħajja imwiegħda għal dawn l-aħħar xhur, filwaqt li ma naqasx li jdaħħħal immedjatament fis-seħħ miżuri fiskali li żiedu l-ispiża tal-ħajja, fosthom billi żied it-taxxa fuq il-fjuwil u approva prezz ogħla tal-gass għall-konsumatur.

    Il-GWU żiedet tgħid li għalhekk tinsisti mal-Gvern li dak li wiegħed lill-ħaddiema jrid jingħatalhom.

    Il-unjin esprimit ukoll diżappunt li għall-ħames sena konsekuttiva t-talba tagħha għal żieda fil-paga minima nazzjonali ma kinitx inkluża fil-baġit. “Mhux talli hekk, iżda talli persuni fuq il-paga minima se jintlaqtu mit-taxxa fuq id-dħul. Għandhom għalhekk jidħlu miżuri korrettivi biex dawk fuq paga minima ma jħallsux taxxa fuq id-dħul,” qalet il-unjin.

    Il-GWU qalet li hi studjat bil-għaqal numru ta' proposti li hija ressqet biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema u pensjonanti, iżda dawn ma kinux inklużi fil-baġit ippreżentat mill-Gvern. “Fost dawn il-proposti hemm li l-aġġustament tal-COLA jsir kull sitt xhur u mhux kull sena, kif ukoll li ż-żieda tal-COLA ma titnaqqarx bit-taxxa u bl-effett tal-bolla,” kompliet il-GWU.

    Il-unjin qalet ukoll li lanqas kienet ikkunsidrata l-proposta tagħha biex ikunu aġevolati l-pensjonanti billi, fost affarijiet oħra oħra tiżdied il-pensjoni massima għal dawk li twieldu qabel l-1962 u li l-inqas pensjoni ma tkunx inqas minn 60 fil-mija tad-dħul medju nazzjonali, kif ukoll li jkunu rranġati l-anomaliji li jeżistu fil-pensjonijiet.

    Il-GWU qalet li dawn il-proposti huma dejjem aktar rilevanti meta tqis li l-baġit ma ndirizzax waħda mill-akbar problemi li l-familji qed jiffaċċjaw, ċioè l-ispiża kbira tad-dawl u l-ilma.

    Il-unjin żiedet tgħid li minkejja li hi għamlet proposti konkreti u prattiċi biex tkun indirizzata l-problema tax-xogħol prekarju, il-Gvern għażel li ma jieħux deċiżjoni u minflok farfar id-dmir tiegħu għal fuq kumitat li għad irid jagħmel proposti fil-futur. Il-GWU temmen li l-ħaddiema li llum qed ikun sfruttati f'xogħol prekarju kien jistħoqqilhom soluzzjoni immedjata minn min qiegħed hemm biex jiggverna.

    Il-GWU qalet li madankollu mhix tinjora dawk il-miżuri pożittivi li jinsabu fil-baġit, iżda temmen li l-baġit kellu jagħti priorità ogħla lil persuni ekonomikament u soċjalment żvantaġġjati.

    Il-Kunsill Nazzjonali tal-GWU hu tal-fehma li bl-atteġġjament tiegħu li jwarrab il-proposti tal-GWU, il-Gvern reġa' ta' prova oħra tal-mod diskriminatorju li bih jittratta lill-GWU, kif ilu jagħmel għal bosta snin.

    Finalment, il-GWU tilmenta li l-Gvern injora l-proposti tagħha biex ma jkunx jidher li qed jagħtiha kredtu meta fl-istess waqt il-Gvern ma ddejjaq xejn jagħti kredtu lil xi msieħba soċjali oħra li dejjem qdew lill-Gvern.

    Agħfas hawn għall-proposti tal-baġit 2013 tal-GWU.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Diċ 01, 2012

    xijridu jajdu tal-GWU ghal-gvern daqs kemm tnejku binna il-haddiema ta larriva hatt daqshom misom jisthu hallew lill kumpanija tihdilna dak li u dritt taghna

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 01, 2012

    Jien haga wahda nixtieq nghid lil GWU, grazzi tal-hidma kbira taghkom, minghajrkhom ahna l-haddiema niex mitlufa, intom biss li ghad ghandkhom id-drittijiet taghna ghal qlabkhom u ta' dan m'hu se nixba qatt nirringrazzjakhom

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 01, 2012

    Kieku ma kienitx il-GWU kieku llum il-haddiem tapit,min dejjem kienet tarka tal-hobza tal-haddiem.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 01, 2012

    Imma kif dejjem hekk ... kollox hazin li jaghmel l gvern ghal GWU veru ma tisthux .... issa jekk jitla il labour "dejjem jekk jitla " narawa il GWU tmaqdarx tibda il budgets taghhom . ipoktiti

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 02, 2012

    mhux vera il-GWU maqdrett il-gvern,imma qalet li l-proposti taghha ma gewx inkluzi.ipokriti min?

    Irrispondi