M'għandniex xenarju differenti minn dak tal-2008 - PM

  • Diċ 01, 2012 11:03
  • Miktub minn

    “Jgħaddi jew ma jgħaddix dan il-baġit li hu ċert hu li ġejja elezzjoni, anke jekk jgħaddi l-baġit ġejja elezzjoni. Dan il-baġit se jitmexxa minn gvern ġdid jekk hux imexxi mill-Partit Nazzjonalista ma nafux, li hu ċert hu li dan il-baġit se tmexxih leġiżlatura ġdida.”

    Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt il-programm Għandi xi Ngħid ta' Andrew Azzopardi fuq Radju Malta.

    Il-Prim Ministru qal li l-Kostituzzjoni ta' Malta tipprovdi anke għal dan u għalhekk kollox jibqa' miexi kif inhu. “Però l-ebda miżura mħabbra fil-baġit ma tkun tista' tibda,” kompla Gonzi.

    “Issa għomt il-baħar kollu, issa d-data tal-baġit jien se niffissaha,” qal il-Prim Ministru b'referenza għal jekk jgħaddix jew le l-baġit fl-10 ta' Diċembru.

    Gonzi qal li mexxa lill-pajjiż fil-maltemp qalil, permezz tal-għażliet responsabbli, “issa l-għażla mhux il-gvern irid jagħmilha iżda l-poplu,” kompla l-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

    Gonzi qal li x-xenarju huwa l-istess kif kien fl-2008, fejn kien ippreżentat il-baġit, għadda, kien hemm il-festi tal-Milied u l-elezzjoni f'Marzu huwa enfasiza li jgħaddi jew ma jgħaddix il-baġit l-elezzjoni xorta ġejja għax waslet fi tmiemha leġiżlatura.

    “Bl-inċertezzi kollha li jgħidu li hawn għandna impjiegi jiżdiedu, turiżmu rekord u ekonomija sejra tajjeb. Malta tinsab wieħed mill-aħjar pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u dan frott id-deċiżjonijiet li ħadna,” qal Gonzi.

    Dwar il-baġit il-Prim Ministru qal li huwa baġit ta' pajjiż li għandu finanzi fis-sod, “u allura nistgħu nippreparaw għas-sena d-dieħla b'wiċċna bil-quddiem,” kompla.

    Dwar il-fatt li se tibda titħallas it-taxxa fuq il-paga minima, Gonzi qal li dawk li għandhom il-paga minima u għandhom komputazzjoni singola u m'għandhomx tfal meta mal-paga minima wieħed jgħodd il-bonus se jibda jħallas income tax ta' madwar €60 fis-sena.

    Gonzi qal li ma jaħsibx li dan il-baġit se jiġrilu bħal dak tas-sena l-oħra li wara li kien preżentat, l-Unjoni Ewropea talbet lil Malta biex tnaqqas il-baġit. Huwa qal li ċ-ċifri kollha diġà kienu preżentati lill-Unjoni Ewropea. “Ma naħsibx li se jkollna xi diffikultajiet din is-sena. Is-sena l-oħra fl-aħħar ftit xhur ir-riċesjoni kienet ħadet daqqa lura u l-Unjoni Ewropea talbet biex kull pajjiż jieħu miżuri ta' kontroll u għalhekk naqasna ż-żidiet li konna tajnha lill-Ministri,” qal il-Prim Ministru.

    Dwar il-kumpanija Olandiża li suppost kellha tibda topera minn Malta l-Aviation Cosmetics qal li għad hemm "works in progress", u li jrid ikun żgurat li l-interessi ta' Malta jkunu onorati.

    Dwar l-isptar St. Philip's, Gonzi qal li jixtieq jagħlaq il-kuntratt kemm jista' jkun malajr. “Tlabna xi informazzjoni biex nagħlqu l-pakkett, x'ħin ikollna kollox se morru quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi. Nibqa' sorpriż kif f'dan il-pajjiż kollox nagħmlu kontroversja anke l-affarijiet li jagħmlu sens,” qal il-Prim Ministru.

    Dwar l-estinzjoni tal-power station, Gonzi qal li qegħdin jistennew rapporti dwar il-ħsarat li kienet żviluppata mill-BWSC. “Jekk inkunu sodisfatti nibqgħu mexjin,” kompla l-PM. Huwa żied jgħid li bħalissa l-BWSC qed iħallsu penali ta' miljuni ta' ewro.

    Dwar il-każ ta' Rita Schembri l-Prim Ministru qal li għandu fiduċja fl-investigazzjonijiet li għaddejin bħalissa u mhux se jindaħal fihom. “Kulħadd għandu dritt inaddaf ismu u mhux fuq Rita Schembri biss qed ngħid imma anke John Dalli,” kompla jgħid Gonzi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Diċ 01, 2012

    Fittex warbina Gonzi ghax issa bejjaqtu lill kullhadd.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 01, 2012

    Jiena ex nazzjonalist imma tlieft kull fiducja fil Gvern u ghal l`ewwel darba jiena u familja se nivvutaw Labour ghax inhhssu li Joseph Muscat u kredibbli

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 01, 2012

    Il-programm kollu jista' jinstema fuq: http://andrewazzopardi.org/ghandi-x-nghid-radio-show/

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Diċ 01, 2012

    Gonzi Pinocchio stqarr hekk...Dan il-baġit se jitmexxa minn gvern ġdid jekk hux imexxi mill-Partit Nazzjonalista ma nafux, li hu ċert hu li da

    Irrispondi