Ħarsa lejn ġimgħa cricket

  • Lul 16, 2012 11:05
  • Miktub minn

    Il-ġimgħa li għaddiet kienet ġimgħa mimlija Cricket, fejn intlagħbu żewġ logħbiet li kien jonqos kontra Stockport Grammar School,kif ukoll saret logħba mill-kampjonat tas-sajf bejn Krishna C.C u Overseas C.C u logħba bejn it-tim tal-Marsa C.C kontra t-tim mill-Ingliterra Travellers. Sfortunatament il-logħba bejn Malta u The Rest ġiet posposta.

    It-tielet logħba bejn SGS u Marsa kienet logħba li t-tim tal-Marsa jridu jinsew. It-tim lokali ibbatja l-ewwel u ġew maħruġin kollha fl-aħħar over. Kull ma għamlu total ta' 100 run. Dan kien minn 40 over. L-ogħla skor kien u ta' Mark G. Sacco (17-il run), u Srfaraz Ali (16-il run),. Is-series issa ġie 2-1 favur Marsa.

    Fir-raba' u l-aħħar logħba tas-series it-tim ta SGS ibbatjaw l-ewwel. Għamlu skor ta' 183 runs minn 40 overs. Andy Naudi li għamel l-ogħla skor ta' 57 li nkluda 6 u 4 kien qiegħed jifaċċja dan il-ballun, però run wieħed biss irnexxilu jagħmel u t-tim ta SGS rebħu l-loghba u rnexxilhom iġġibu s-series draw, 2 - 2.

    Fil-kampjonat tas-sajf, kien hemm logħba interesanti bejn Krishna u Overseas. It tim tal Overseas ibbatjaw l-ewwel u għamlu skor ta' 62 run biss u ġew maħruġin kollha. It-tim ta' Krishna ħadu għaxar punti waqt Overseas ħaddu punt wieħed.

    Intlagħbet logħba friendly bejn it-tim tal-Marsa u Travellers C.C fejn it-Travellers rebħu l-logħba.

    Is-Sibt li ġei il-Kampjonat tas-Sajf se jkompli fejn it-tim tal-Krishna C.C jilagħbu kontra Marsa C.C.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0