Reazzjoni tal-MUT għall-baġit 2013

  • Nov 30, 2012 13:44
  • Miktub minn

    B'reazzjoni għall-baġit 2013, l-MUT qalu li dan kien baġit pożittiv, meta wieħed jikkunsidra s-sitwazzjoni ekonomika attwali madwarna.

    “Hu baġit li, kif kien mistenni inkluda analiżi tal-ħidma tal-Gvern matul din il-leġislatura, li tinkludi l-investiment fil-qasam edukattiv,” qalu l-MUT.

    Huma qalu li l-baġit li kompla jinvesti fl-edukazzjoni, permezz, fost l-affarijiet oħra, tal-bini ta’ skola ġdida kull sena matul l-aħħar ħames snin, filwaqt li bassar il-bini ta’ erba' skejjel ġodda. Il-unjin qalet li huwa baġit li kompla jinvesti fil-kampus il-ġdid tal-MCAST li se jinfetaħ dalwaqt, filwaqt li tenna l-pjanijiet għal bini ta’ kampus ġdid tal-ITS. Dan hu baġit li kompla jinvesti fiċ-child care centres u t-twaqqif ta’ child development centre f’Għawdex.

    Il-MUT qalu li se jiżdied l-investiment fiċ-ċentri ta' wara l-iskola filwaqt li se jinbnew ukoll żewġ ċentri ta’ riżorsi biex jassistu aktar studenti b’diżabilità. Il-unjin innotat ukoll l-investiment li tħabbar fil-Learning Support Assistants u qalet li għalhekk qed tistenna li d-diffikultajiet fil-ħatra ta’ numru ta' Learning Support Assistants tkun riżolta bl-investiment imħabbar.

    “Fuq nota ġenerali, hemm diversi miżuri li jolqtu l-gradi tal-għalliema, fosthom il-konferma tal-miżura mħabbra fl-aħħar baġit ta’ żieda fil-leave tal-maternità għal 18-il xahar, it-tnaqqis fir-rata tat-taxxa ta’ 35 fil-mija fuq medda ta’ tliet snin u diversi miżuri oħra li tħabbru biex jgħinu lill-familji,” qalu l-MUT.

    Huma qalu li jistennew li l-investiment fl-edukazzjoni jindirizza l-bidliet li għandhom jitwettqu fis-sistema edukattiva, fosthom permezz tar-riċerka li l-MUT ippreżentat fix-xhur li għaddew, kif ukoll il-proposti għal manifesti elettorali li ppreżentat lill-Partiti Politiċi.

    L-MUT tibqa’ tħeġġeġ li l-investiment fl-edukazzjoni jibqa’ jiżdied fis-snin li ġejjin fid-dawl tar-riformi li qed jitwettqu fl-iskejjel u l-ħtigijiet ġodda ta’ pajjiżna u tas-sistema edukattiva.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0